Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA: Qrati aktar diġitali: proċessi aktar effiċjenti, effettivi u aċċessibbli

pr220075
Date Icon 20/01/2022

Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza Edward Zammit Lewis ħabbar emendi fil-liġi tal-Kodiċi Kriminali biex tkun tista' tittieħed kopja diġitali tal-proċessi fil-ġurisdizzjoni inferjuri u superjuri. Din hija ħolqa oħra biex tiġi implimentata l-istrateġija diġitali nazzjonali.

Il-Ministru Zammit Lewis spjega li din l-emenda prinċipalment se tiżgura li l-files attwali jiġu ġestiti aħjar u ser telimina l-eventwalità li għal xi raġuni jew oħra dawn id-dokumenti ma jitpoġġewx f'posthom. Dan ser jissalvagwardja wkoll il-wear and tear ta' dawn id-dokumenti importanti.

Din il-miżura se tnaqqas ukoll il-piż fiżiku fuq l-impjegati li jġorru dawn id-dokumenti kuljum filwaqt li se titnaqqas ukoll il-burokrazija fejn jidħol l-iffirmar biex dawn l-atti jew dokumenti jittieħdu minn post għall-ieħor. L-avukati, il-prokuraturi legali u l-ġudikatura ser ikollhom ukoll aċċess aħjar għad-dokumenti. Għalhekk, dan ser iwassal biex jitnaqqas id-dewmien. Fl-aħħar nett, dan kollu ser iħalli impatt pożittiv fuq l-ambjent, b'inqas użu ta' karti. 

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti, Eunice Grech Fiorini, u r-Reġistratur tal-Kriminal, Franklin Calleja, qalu li din l-emenda kienet waħda bżonjuża li ser iżżomm il-Qrati ta' Malta aġġornati maż-żminijiet. Huma enfasizzaw dwar l-importanza li wieħed jifhem li dan kollu ser isir fuq medda ta' żmien. Madanakollu, il-proċess ser ikun kontinwu b'timeline preċiż. Fit-teknika tagħha, is-sistema li ser tiġi introdotta ser tirreġistra kull file li jasal, ser jittieħed rendikont ta' liema paġni tkun saret kopja diġitali tagħhom, liema qorti qed titratta, il-ġudikatura, in-numru tal-file, id-data meta wasal il-file biex issir kopja diġitali tiegħu u d-data ta' meta l-file jittieħed lura f'postu.

Il-Ministru Zammit Lewis fakkar li l-għan prinċipali għal dawn l-emendi dejjem jibqa' wieħed, li l-proċeduri u l-proċessi mħaddma jwasslu għal aktar effiċjenza, effettività u aċċessibbiltà fis-sistema ġudizzjarja. “Ser nassiguraw li l-mezzi moderni u diġitali jsiru prattika ordinarja fil-qrati tagħna, b'hekk inkomplu ninvestu f'Malta moderna li timxi maż-żminijiet kurrenti u f'sistema ġudizzjarja aktar effiċjenti".

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA: Qrati aktar diġitali: proċessi aktar effiċjenti, effettivi u aċċessibbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA: Qrati aktar diġitali: proċessi aktar effiċjenti, effettivi u aċċessibbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA: Qrati aktar diġitali: proċessi aktar effiċjenti, effettivi u aċċessibbli
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow