Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI 220 triq residenzjali ġdida fl-2021

pr220073
Date Icon 19/01/2022

L-aġenzija Infrastructure Malta bniet mill-ġdid 220 triq residenzjali oħra fl-2021, medja ta' erba' toroq fil-ġimgħa, waħda aktar fil-ġimgħa minn kemm lestiet is-sena ta' qabel.

Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fi Triq l-Indipendenza f'Ħaż-Żebbuġ.

Il-Ministru Ian Borg semma li riżultat bħal dan ifisser li l-eluf ta' familji li jgħixu f'dawn it-toroq issa se jkunu qed igawdu minn ambjent aħjar u aktar sigur. “Tajjeb infakkru li dan mhux l-uniku proġett li għaddejjin bih bħalissa. Irridu ngħidu li dawn ir-riżultati pożittivi qegħdin jinkisbu fl-istess waqt li madwar pajjiżna qed isiru u anke saru proġetti massivi kapitali u infrastrutturali bħall-Marsa Junction, il-mini ta' Santa Luċija, il-belvedere ta' Triq Għeriexem, il-breakwater tal-Qrejten u s-Central Link, li se nkunu qed ninawgurawha fl-jiem li ġejjin."

Il-ministru għamel referenza wkoll għall-programm fit-tul li qed twettaq l-aġenzija sabiex fejn ikun hemm l-ispazju meħtieġ, din tħaddar dawn it-toroq u l-inħawi residenzjali oħrajn b'siġar, arbuxelli u pjanti ġodda.

Il-programm nazzjonali għal toroq residenzjali aħjar f'Malta issa qed jidħol fir-raba' sena tiegħu. L-aġenzija Infrastructure Malta bħalissa għaddejja bil-bini mill-ġdid ta' aktar minn 100 triq oħra filwaqt li xogħlijiet fuq oħrajn ser jibdew dalwaqt.

F'dawn il-220 triq Infrastructure Malta żiedet jew bniet mill-ġdid aktar minn 58 kilometru ta' bankini u qiegħdet 141 kilometru ta' servizzi ġodda għad-distribuzzjoni tas-servizzi taħt l-art. Sabiex lestew il-bini mill-ġdid ta' dawn it-toroq, il-kuntratturi tal-aġenzija użaw 121,552 tunnellata asfalt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI 220 triq residenzjali ġdida fl-2021
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI 220 triq residenzjali ġdida fl-2021
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI 220 triq residenzjali ġdida fl-2021
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

More Press Releases Right arrow