Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Estiż is-servizz tal-Home Start

pr220070
Date Icon 19/01/2022

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali, l-FSWS, ħabbret li se tkun qed tkompli toffri s-servizz tal-Home Start li huwa parti minn ħolqa ta' servizzi li qed jgħin lill-familji ta' tfal li għandhom sa ħames snin. 

Dan is-servizz jikkumplimenta l-ħidma ta' professjonisti varji ġejjin mill-FSWS u qed ikun mogħti permezz tas-sehem attiv tal-voluntiera. Dan is-servizz qed ikompli jixpruna parteċipazzjoni attiva mill-membri tal-familja, bil-għan li jkunu mogħtija l-abbiltajiet li jistgħu jwasslu l-familji jkunu iktar indipendenti fil-futur. 

Minkejja l-pandemija s-sostenn għall-familji baqa' għaddej u sar impenn ukoll biex il-voluntiera tas-servizz ikunu mogħtija l-għajnuna li kellhom bżonn. 

Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet l-Erbgħa filgħodu, fejn kien imniedi r-rapport ta' ħidma ta' Home Start għas-sena 2020. Il-Home-Start huwa magħmul minn żewġ skemi, waħda f'Malta u l-oħra f'Għawdex, kif ukoll National Office li jikkordina ż-żewġ skemi. 

Il-Ministru Michael Falzon qal li l-isforzi tagħna fl-FSWS qed isiru sabiex jagħtu mbuttatura 'l quddiem lill-familji vulnerabbli li jsibuha diffiċli jaffaċċjaw sfidi mhux mistennija f'ħajjithom. Tul l-aħħar xhur rajna ħidma strutturata u mmirata għal diversi faxex. Dan hu Gvern li jemmen fil-potenzjal ta' kulħadd. 

“Ir-realtajiet soċjali qegħdin magħna, għalxejn nippruvaw nuru stampa perfetta. Imxejna ħafna 'l quddiem u rnexxilna noħorġu mijiet ta' familji mir-riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali", stqarr il-Ministru Michael Falzon. 

Għal dawk li huma servizzi soċjali, biex twettaq il-ħidmiet tagħha l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali ser tkun fdata b'somma globali ta' aktar minn disgħa u għoxrin  miljun ewro (€29,380,000), sabiex ikun jista' jingħata l-aqwa servizz matul din is-sena.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Estiż is-servizz tal-Home Start
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

More Press Releases Right arrow