Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru f’laqgħa ma’ persuni li jaħdmu fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza

pr220068
Date Icon 19/01/2022

Fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru ltaqa’ ma’ numru ta’ persuni li jaħdmu fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza. 

Matul il-laqgħa ġew diskussi r-realtajiet ta’ nisa li sfaw vittmi f’ċirkostanzi li kienu marbuta mal-ġeneru u l-femiċidju.

Il-Prim Ministru sostna li biex ikollna soċjetà aktar ġusta, jeħtieġ li jkompli jittejjeb dak li hemm stabbilit filwaqt li jittieħdu d-deċiżjonijiet neċċessarji, abbażi tad-djalogu, biex isir aktar. Kien għalhekk li stieden f’Kastilja lil dawn l-attivisti u esperti biex wieħed jiddiskuti kif nistgħu nkomplu nsaħħu ħidmet pajjiżna mal-ħafna li diġà sar.   

Hawn, Dr Abela tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jikkumbatti b’iktar qawwa realtajiet koroh bħal stupru u femiċidju. Filwaqt li fl-aħħar snin saru anke għadd ta’ bidliet leġiżlattivi, il-Prim Ministru tkellem dwar proposti oħra li jistgħu jkunu kkunsidrati u rrimarka fuq l-importanza li jkompli jiżdied l-għarfien u rringrazzja lil kull min ta’ kuljum qed jaħdem biex ikompli jkun vuċi importanti f’dawn l-oqsma.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru f’laqgħa ma’ persuni li jaħdmu fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow