Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

pr220060
Date Icon 18/01/2022

Il-President ta' Malta jifraħ lil Dr Roberta Metsola għall-kisba notevoli tagħha hekk kif ġiet eletta President tal-Parlament Ewropew.

Il-President George Vella qal li ser jirnexxilha taqdi d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kbar li ġġorr din il-kariga.

Din hija wkoll kisba importanti ħafna għal pajjiżna, li għal darba oħra ta prova li jekk ningħaqdu flimkien, id-daqs u l-pożizzjoni ġeografika tagħna mhux se jxekklu viżjoni u impenn sod.

Il-President awgura kull suċċess lill-President Maltija tal-Parlament Ewropew.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

More Press Releases Right arrow