Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Segretarju permanenti ġdid għall-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

pr220055
Date Icon 17/01/2022

Is-Sur Matthew Vella se jkun is-Segretarju Permanenti ġdid għall-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport. Huwa se jieħu post Dr Frank Fabri li, waqt laqgħa mas-Segretarju Permanenti Ewlieni kmieni dalgħodu, offra li ma jibqax fil-kariga ta’ Segretarju Permanenti. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni aċċetta d-deċiżjoni ta’ Dr Fabri u rringrazzjah għas-servizz u t-tibdil li sar waqt li serva f’dil-ħatra fil-qasam tal-edukazzjoni.

Is-Sur Matthew Vella nħatar Segretarju Permanenti f’Diċembru 2020 fil-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva u fil-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat. F’laqgħa llum waranofsinhar, is-Sur Vella ngħata l-inkarigu ġdid tiegħu mis-Segretarju Permanenti Ewlieni s-Sur Mario Cutajar, b’seħħ minn għada meta jibda perjodu ta’ tranżizzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow