Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr220007
Date Icon 08/01/2022

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kien jaf li mhux jgħid is-sewwa meta stqarr li l-gvern m’għamel xejn fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika. 

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru kkonsulta kemm felaħ mal-entitajiet involuti, fosthom akkademiċi u ġurnalisti, kif ukoll istituzzjonijiet internazzjonali, biex ikun f’pożizzjoni li jaħtar kumitat ta’ esperti kif suġġerit mill-inkjesta pubblika nnifisha, kumitat li anke dwar il-membri tiegħu saret konsultazzjoni wiesgħa.  M’hemmx dubju li l-Kap tal-Oppożizzjoni jaf sew b’uħud minn dawn il-konsultazzjonijiet. 

F’uħud minn dawn il-laqgħat ġew preżentati wkoll numru ta’ abbozzi ta’ liġijiet maħsuba biex jipproteġu l-ġurnalisti fuq quddiem nett.

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jibqa’ determinat li frott din il-konsultazzjoni issa jħabbar il-passi li jmiss fil-ġranet li ġejjin kif miftiehem fil-konsultazzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow