STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-KABINETT: Jum ir-Repubblika – Għoti ta’ Midalji u Unuri
Kull sena f'Jum ir-Repubblika, il-President ta' Malta, f'isem il-gvern u l-poplu Malti, jagħti ġieħ pubbliku lil għadd ta' Maltin li jiddistingwu ruħhom f'oqsma differenti tal-ħajja b'ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu jew fix-Xirka Ġieħ ir-Repubblika, jew bl-għoti tal-Midalja għall-Qlubija u tal-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Malta tagħti ġieħ ukoll lil dawk il-persuni ta' nazzjonalità barranija li jkunu ddistingwew ruħhom f'oqsma differenti tal-ħajja, fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet internazzjonali jew li jkunu kisbu r-rispett u l-gratitudni tal-poplu tal-gżejjer Maltin.
Din is-sena, iċ-ċerimonja ta' investitura saret fil-Palazz, il-Belt Valletta, nhar it-Tnejn, 13 ta' Diċembru 2021, wara l-Parata Ċerimonjali f'Misraħ San Ġorġ.
Matul iċ-ċerimonja ta' din is-sena, il-President ta' Malta George Vella ta ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu lil ħmistax-il persuna, inkluż organizzazzjoni. Żewġ persuni ngħataw il-Midalja għall-Qlubija u ħdax-il persuna oħra ngħataw il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.
Other Press Releases:
PR261955en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...
PR261955
Bios Malti 2021.pdf