Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI It-tnedija tal-kampanja ‘sajjar frisk u lokali’

pr212208
Date Icon 11/12/2021

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo nieda l-kampanja 'Sajjar Frisk u Lokali' biex ikun promoss kemm jista' jkun l-użu tal-prodotti li tipprovdilna artna. L-għan ta' din il-kampanja huwa li jkun hawn aktar għarfien u jiġu apprezzati u użati l-prodotti li ġejjin mill-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin.

Il-Ministru Anton Refalo enfasizza “Ir-responsabbiltà lejn min qed jaħdem u jistinka, anke kontra l-elementi tan-natura, bla waqfien u b'sagrifiċju. Minn hawnhekk nixtieq niringrazzja lir-raħħala u l-bdiewa kollha tax-xogħol siewi li jagħmlu erbgħa u għoxrin siegħa kuljum."

Il-Ministru Refalo tenna kif, “Permezz ta' din il-kompetizzjoni, aħna qegħdin infakkru kemm hu importanti li nirrispettaw il-prodott lokali kemm bħala għodda biex il-konsumatur jkun kapaċi jagħmel għazliet aħjar għal saħħtu u kif ukoll għall-palat. Nagħlaq billi nawgura lil kull min bi ħsiebu jieħu sehem f'din il-kompetizzjoni u nfakkarkhom biex tkunu responsabbli, ħudu pjaċir u agħżlu l-aqwa prodotti lokali u friski!"

Biex wieħed jipparteċipa, għandu l-ewwel jagħmel like u jsegwi l-paġna fuq Facebook 'Agrikoltura' u jfittex 'Sajjar Frisk u Lokali' biex ikun jista' jsegwi r-regolamenti tal-kompetizzjoni. Flimkien mal-familja jew bħala individwu l-parteċipant għandu joħloq riċetta bl-użu ta' prodotti friski, staġjonali u lokali umbgħad itella' r-ritratti jew videos li jkun ħa.

Ir-ritratti jew videos iridu juru (i) il-kontestant waqt li jixtri l-ħaxix, frott u/jew laħam mis-suq lokali, (ii) l-ingredjenti li ħa jintużaw waqt it-tisjijra, (iii) il-proċess tat-tisjir u (iv) l-platt finali. L-aqwa 10 platti bl-iktar likes jintgħażlu u jiġu evalwati mill-ġudikaturi. Il-ġudikaturi mbagħad jagħżlu l-aqwa 4 platti preferuti tagħhom. 

Il-kompetizzjoni tibqa' miftuħa sas-7 ta' Jannar 2022filwaqt li r-rebbieħa jitħabbru aktar tard fl-aħħar tax-xahar. Il-kompetizzjoni hija miftuħa għall-parteċipanti minn 10 snin 'il fuq u l-kategoriji se jitqasmu f'4 gruppi differenti skont l-età:

L-ewwel grupp – 10 sa 16-il sena

It-tieni grupp – 16 sa 35 sena

It-tielet grupp – 36 sa 60 sena

Ir-raba' grupp – minn 60 sena 'l fuq

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI It-tnedija tal-kampanja ‘sajjar frisk u lokali’
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI It-tnedija tal-kampanja ‘sajjar frisk u lokali’
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI It-tnedija tal-kampanja ‘sajjar frisk u lokali’
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI It-tnedija tal-kampanja ‘sajjar frisk u lokali’
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow