Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Il-booster tal-vaċċin tal-COVID-19 meqjus kruċjali biex l-Ewropa tegħleb l-agħar fażi tal-pandemija

pr212195
Date Icon 07/12/2021

“Id-decizjoni li Malta bdiet tamministra l-booster tal-vaċċin tal-COVID-19 minn kmieni issa tidher li kienet deċizjoni għaqlija u llum pajjiżi oħra Ewropej qed jagħmlu bħalna." Dan saħqu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne wara laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tas-Saħħa Ewropej, li tulha spikka il-bżonn li ċ-ċittadini Ewropej jirċievu l-booster sabiex l-Ewropa tegħleb din il-fażi delikata tal-pandemija.

Tul il-laqgħa l-Istati Membri Ewropej esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-varjant Omicron, li qed iżid il-preżenza tiegħu fl-Ewropa. Hawnhekk id-Deputat Prim Ministru Fearne spjega kif f'Malta qegħdin isiru sequencing tests fuq il-kazijiet pożitivi kollha sabiex ikollna informazzjoni eżatta dwar il-varjanti fil-komunità.

Id-Deputat Prim Ministru irriafferma l-importanza li l-pajjiżi jibqgħu jixtru l-vaċċini flimkien sabiex kulħadd ikollu aċċess dirett u fil-pront għall-vaċċin kkontra l-COVID-19. Id-Deputat Prim Ministru fakkar li dan il-proċess konġunt se jwassal biex pajjiżna jirċievi l-konsenji tal-vaċċin tat-tfal fl-istess żmien mal-pajjiżi Ewropej l-oħra fil-jiem li ġejjin. Dan se jippermetti li sal-aħħar ta' Jannar ikun offrut il-vaccin lit-tfal kollha ta' 'l fuq minn 5 snin.

Id-Deputat Prim Ministru Fearne aċċenna wkoll għall-fatt li l-Unjoni Ewropea tat 'il fuq minn 350 miljun vaċċin donazzjoni lill-pajjiżi terzi, fejn stqarr li hu kuntent li Malta tat fost l-ikbar ammonti ta' vaċċini per kapita.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow