Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Inkomplu mexjin lejn ekonomija ċirkulari: ippubblikati żewġ strateġiji

pr212193
Date Icon 07/12/2021

Ġiet ippubblikata l-istrateġija tas-Single-Use Plastics (2021-2030), kif ukoll il-Pjan fit-tul ta' Malta għall-Immaniġġjar tal-Iskart 2021-2030, wara proċess ta' konsultazzjoni pubblika.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia flimkien mad-Deputat Direttur tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA Kevin Mercieca u d-Direttur tad-Direttorat għall-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima fi ħdan il-Ministeru Ruth Debrincat.

Il-Ministru stqarr li l-qabża minn ekonomija lineari għal ekonomija ċirkolari hija importanti issa aktar minn qatt qabel. “L-ekomomija ċirkulari se toffri opportunitajiet għal tkabbir sostenibbli, saħħa aħjar u impjiegi ta' kwalita', filwaqt li tipproteġi l-ambjent u r-riżorsi naturali tagħna. F'kull deċizjoni politika rridu nżommu f'moħħna l-benesseri tas-soċjetà tagħna u ta' uliedna, u għalhekk qed nimplimentaw dawn il-miżuri ambizzjużi," qal il-Ministru Farrugia.

Single-Use Plastics Strategy for Malta (2021-2030)

Il-Ministru spjega kif l-istrateġija tal-SUP, li tinkludi miżuri konkreti li se jiġu implimentati fiż-żmien li ġej, hija bbażata fuq l-ambizzjoni tal-Gvern li nimxu lejn ekonomija li hija tassew ċirkolari, b'soċjetà aktar konxja u responsabbli. Fil-fatt il-gvern diġà beda miexi lejn din id-direzzjoni hekk kif iktar kmieni din is-sena Malta saret fost l-ewwel pajjiżi li waqqfu l-importazzjoni ta' diversi prodotti magħmulin mill-plastik li jintuża darba biss, u hekk kif mis-sena d-dieħla se tiddaħħal ukoll il-projbizzjoni tal-bejgħ tagħhom. Il-Ministru spjega li din l-istrateġija:

- Hija mibnija fuq id-Direttiva tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-SUPs (SUPD);

- Tinkludi riċerka li saret lokalment fejn ġew identifikati SUPs problematiċi speċifikament f'Malta;

- Il-proċess tat-tfassil tal-istrateġija fethet il-bibien għal bosta laqgħat pubbliċi u laqghat ma' partijiet interessati biex kulħadd ikun involut fit-tfassil ta' din l-istrateġija;

- Hija parti mill-katina ta' azzjonijniet, kollha intiżi biex jissalvagwardjaw l-ambjent, fosthom l-identifikazzjoni u l-protezzjoni taż-żoni marittimi protetti, u tidħol fil-pjan fit-tul tal-ERA tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Ambjent (NSE);

- Tagħti lill-Gvern direzzjoni ċara għall-futur b'miri u proposti mmirati biex itejbu s-sitwazzjoni lokali u jkomplu jindirizzaw din l-isfida globali.

Pjan fit-tul ta' Malta għall-Immaniġġjar tal-Iskart (2021-2030)

Dwar il-Pjan fit-tul ta' Malta għall-Immaniġġjar tal-Iskart 2021-2030, il-Ministru qal li dan id-dokument jiddeskrivi l-viżjoni tal-Gvern li jagħmel qabża kbira fis-settur tal-immaniġġjar tal-iskart, billi jħaddan approċċ ċirkolari u jittrasforma l-iskart f'riżorsa.

“L-għan ewlieni tal-Pjan fit-tul dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa li nimxu lejn ekonomija ċirkulari: narmu inqas, nirriċiklaw aktar biex innaqsu l-ħela ta' riżorsi u nagħtu ħajja ġdida lill-materjali li s'issa ħafna minnhom konna qed nitfgħuhom fil-miżbliet," qal il-Ministru Farrugia, filwaqt li spjega l-punti li ġejjin:

-     Fil-quċċata ta' dan il-pjan insibu l-prevenzjoni tal-iskart. Irridu nnaqsu l-ħela: ninċentivaw it-tiswijiet, ninkoraġġixxu d-donazzjonijiet, nużaw aktar it-teknoloġija diġitali, u fejn hu opportun nindirizzaw proċessi billi nagħmluhom aktar effiċjenti.

-     Inkomplu nibnu fuq dak li diġà għamilna biex inżidu s-separazzjoni tal-iskart għalhekk se ndaħħlu s-separazzjoni mandatorja biex il-qafas legali applikabbli jirrifletti dak li eluf ta' familji diġà qed jagħmlu.

-     Ser nagħmlu riforma fil-ġbir tal-iskart u nibdew niġbru l-iskart fuq skeda nazzjonali bi trakkijiet moderni. L-għan tagħna huwa li naqilbu għal mudell ta' ġbir fuq skala reġjonali.

-     Se ninvestu nofs biljun ewro f'erba' impjanti ġodda ġewwa l-ECOHIVE biex innaqsu l-iskart fil-miżbla. Dan huwa pass kritiku u diġà qed naħdmu bis-sħiħ biex l-iskart iġġenerat jinbidel f'riżorsa u mhux aktar ikun problema li tindifen.

-     Irridu ninċentivaw is-separazzjoni tal-iskart mill-istabbilimenti kummerċjali biex flimkien mar-residenti, anke s-settur kummerċjali jagħti s-sehem tiegħu. Tajna taħriġ u se nkomplu nkunu disponnibli biex inħarġu s-settur kummerċjali fuq is-separazzjoni tal-iskart. Irridu partikolarment nindirizzaw l-iskart organiku li minnu nistgħu nieħdu enerġija nadifa.

-     Ħafna huma dawk li jagħmlu l-almu tagħhom biex jisseparaw l-iskart u ma jħammġux l-ambjent ta' madwarna. Fil-fatt din is-sena rriċiklajna ammonti rekord. U b'rispett ta' dawn, ser inżidu l-infurzar biex innaqsu l-abbuż u r-rimi illegali.

“B'dan il-pjan ambizzjuż, li numru ta' miżuri minnu diġà bdew jiġu mplimentati, ser naraw qabża ta' kwalità f'dan is-settur. Għandna triq twila quddiemna u biss bil-kooperazzjoni ta' kulħadd ser jirnexxilna naslu biex niksbu r-riżultati li pajjiżna ħaqqu."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Inkomplu mexjin lejn ekonomija ċirkulari: ippubblikati żewġ strateġiji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Inkomplu mexjin lejn ekonomija ċirkulari: ippubblikati żewġ strateġiji
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow