Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta tagħti donazzjoni ta’ 131,000 doża ta’ vaċċin lill-poplu Iranjan

pr212186
Date Icon 07/12/2021

Il-Gvern Malti ta donazzjoni ta 131,000 doża ta’ vaċċin kontra l-COVID-19 lill-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Din il-kondiviżjoni tal-vaċċin seħħet bl-assistenza mill-Kummissjoni Ewropea, b’ħidma li tiġbor ilkoll l-isforzi ta’ pajjiżi oħra Ewropej bl-għan li jibbenifika l-poplu Iranjan minn dawn id-donazzjonijiet.

Il-vaċċini twasslu f’Tehran b’titjira speċjali li kienet koordinata mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, u ġew milqugħa minn uffiċjali tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Edukazzjoni Medika ġewwa l-Iran.

L-isforz ta’ Malta fil-kondiviżjoni tal-vaċċin, li wassal sabiex iktar minn 400,000 doża tqassmu f’pajjiżi fi bżonn f’dawn l-aħħar xhur, huwa frott tal-koordinazzjoni bejn uffiċjali mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Ministeru għas-Saħħa, li ħadmu fil-qrib mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Iktar donazzjonijiet tal-vaċċin kontra l-COVID-19 huma mistennija li jkomplu fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta tagħti donazzjoni ta’ 131,000 doża ta’ vaċċin lill-poplu Iranjan
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow