Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA: Id-diġitalizzazzjoni tibqa’ kruċjali għal sistema ta’ ġustizzja effettiva, aċċessibbli u effiċjenti

pr212182
Date Icon 06/12/2021

Il-Ministru Dr Edward Zammit Lewis attenda għat-tieni Djalogu Globali tal-Mexxejja tal-Ġustizzja bit-tema ‘Transforming Justice of a vibrant Social Contract’, organizzat mill-Organisation for Economic Co-operation and Development (OECD). 

Il-Ministru Zammit Lewis enfasizza li kull sistema tal-ġustizzja għandha tkun deskritta u ċċentrata madwar in-nies. Dan iffisser li s-sistema tkun aċċessibbli għal kulħadd u tkun kontabbli lejn il-poplu. 

Żied jgħid li, “Waħda mill-istrateġiji effettivi biex tikkontribwixxi lejn ġustizzja ċċentrata fuq in-nies hija d-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja”. Il-pandemija tal-COVID-19 wriet li hemm bżonn attenzjoni fuq il-ħtieġa li titħaffef id-diġitalizzazzjoni u l-interoperabbiltà tas-sistemi ġustizzjarji tagħna. Dan kien saħansitra aktar relevanti għalina billi Malta implimentat sistemi teknoloġiċi ġodda, pereżempju permezz ta’ mezzi addizzjonali ta’ arkivjar onlajn u d-diġitalizzazzjoni sħiħa tal-awli tal-qorti tagħna.

Ġie nnutat li d-diġitalizzazzjoni li ttejjeb l-aċċess għall-ġustizzja permezz ta’ servizzi relatati mal-ġustizzja se jkunu disponibbli għal kulħadd. Dawn it-tibdiliet kienu essenzjali biex is-sistema ġudizzjarja ssir iktar effettiva u tgħin biex titnaqqas il-burokrazija, l-ispejjeż u d-dewmien proċedurali. 

Il-Ministru Zammit Lewis enfasizza li, “Jeħtieġ li jkollna sistema bbażata fuq aktar skrutinju li żżomm lil kulħadd responsabbli. Jeħtieġ li nkomplu fit-triq it-tajba billi jkollna membri tal- ġudikatura imparzjali u indipendenti. L-effiċjenza u l-effettività għandhom jibqgħu fil-qalba tas-sistema ġudizzjarja.” 

Il-ministru semma li dan l-aħħar saru diversi riformi rivoluzzjonarji fl-istorja legali ta’ Malta. Dan jinkludu riformi fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u fl-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika ta’ Malta. L-amministrazzjoni ta’ Robert Abela kienet ewlenija fil-promozzjoni tas-saltna tad-dritt u l-governanza tajba billi poġġiet lin-nies fiċ-ċentru. 

Fi tmiem l-intervent tiegħu, il-Ministru Zammit Lewis innota li, “Għamilna riformi bla preċedent u daħħalna t-teknoloġija biex inkomplu nassiguraw li jkun hemm aċċess aħjar għall-ġustizzja inkluż permezz ta’ mezzi diġitali. Għalhekk aħna mhux biss impenjati li naġixxu iżda implimentajna u tejjibna s-sistema ġudizzjarja biex tkun aktar iffukata fuq iċ-ċittadin”. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

More Press Releases Right arrow