Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

pr212162
Date Icon 03/12/2021

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin prodotti m'għandhomx jiġu kkunsmati għaliex instab li fihom ingredjent li potenzjalment fih l-ethylene oxide.

Deskrizzjoni tal-prodott:

Vitamins + Minerals, Orange Flavour x 30 tablets

Dittà:Aptonia
Lottijiet:L21.140 u L21.189

Deskrizzjoni tal-prodott:

Vitamins + Minerals, Orange Flavour x 30 tablets

Dittà:Aptonia
Lottijiet:L21.140 u L21.189

Deskrizzjoni tal-prodott:

Vitamins + Minerals, Orange Flavour x 30 tablets

Dittà:Aptonia
Lottijiet:L21.140 u L21.189

Deskrizzjoni tal-prodott:

Vitamins + Minerals, Orange Flavour x 30 tablets

Dittà:Aptonia
Lottijiet:L21.140 u L21.189

L-ethylene oxide huwa pestiċida li l-użu tiegħu fl-ikel mhuwiex awtorizzat fl-Unjoni Ewropeja, iżda hu awtorizzat f'pajjiżi barra l-UE. Għalkhemm il-konsum tal-prodott mhux ta' riskju immedjat, hemm riskju ikbar jekk ikel differenti li jkun ikkontaminat b'din il-kimika jittiekel għal perjodu ta' żmien. Għaldaqstant, wieħed għandu jnaqqas kemm jista' jkun il-konsum ta' prodotti li jkun fihom din il-kimika, anke jekk f'livell baxx. Din it-twissija qed tinħareġ ukoll wara li kien hemm qbil bejn l-istati membri hekk kif irrappurtat fuq https://ec.europa.eu/food/system/files/2021-07/rasff_ethylene-oxide-incident_e410_crisis-coord_sum.pdf

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow