Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: ​Il-ħaddiema tal-Korpi Dixxiplinati jibdew jirċievu l-appuntamenti għall-booster kontra l-COVID-19

pr212156
Date Icon 02/12/2021

Mil-lum bdew jintbagħtu SMSes bl-appuntamenti tad-doża tal-booster kontra l-COVID-19 lill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, tal-Korp tal-Puliżija, tal-Protezzjoni Ċivili, tal-LESA u l-ħaddiema tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. 

L-awtoritajiet tas-saħħa ħadmu id f’id mat-tmexxija ta’ dawn l-entitajiet sabiex inġabru d-dettalji tal-ħaddiema li jixtiequ jitlaqqmu bil-booster.

Il-proċess tat-tilqim ta’ dan il-grupp mistenni jkun komplut fi ftit jiem, sabiex b’hekk tkompli tiżdied l-immunità tal-poplu Malti kontra l-COVID-19. 

Bħalissa l-programm ta’ vaċċinazzjoni huwa miftuħ għal kull min għandu ‘l fuq minn 50 sena u r-reġistrazzjoni għat-tilqima tista’ ssir fuq vaccin.gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

More Press Releases Right arrow