Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President u l-Arċisqof iżuru uffiċini temporanji mislufin mill-Knisja lill-Community Chest Fund

pr212154
Date Icon 01/12/2021

Il-President ta' Malta George Vella u s-Sa Vella żaru l-uffiċini temporanji tal-Malta Community Chest Fund Foundation fin-numru 65, Triq Żekka, il-Belt Valletta, flimkien mal-Arċisqof Charles Scicluna.

Il-fondazzjoni kellha tiċċaqlaq minħabba l-proġett kbir ta' restawr li qed isir bħalissa minn Heritage Malta fil-Palazz tal-Gran Mastru, fejn għandha l-uffiċini uffiċjali tagħha fis-sular ta' isfel. Il-Kurja tal-Arċisqof silfet dan il-fond alternattiv wara intervent mill-Arċisqof Scicluna nnifsu.

Wara li daru mal-uffiċini u sellmu lill-ħaddiema, il-President Vella rringrazzja lill-Arċisqof Scicluna u lill-Knisja talli pprovdew dan l-ispazju lill-fondazzjoni. Min-naħa tiegħu, l-Arċisqof Scicluna qal li dan il-ġest mill-awtoritajiet tal-Knisja kien att konkret biex jappoġġjaw il-ħidma tal-MCCFF. Iż-żewġ mexxejja appellaw lil kulħadd sabiex juri s-solidarjetà tiegħu ma' dawk fil-bżonn, billi jgħin lill-fondazzjoni permezz ta' donazzjonijiet matul il-maratona televiżiva li jmiss ta' L-Istrina u bi kwalunkwe mod ieħor.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President u l-Arċisqof iżuru uffiċini temporanji mislufin mill-Knisja lill-Community Chest Fund
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President u l-Arċisqof iżuru uffiċini temporanji mislufin mill-Knisja lill-Community Chest Fund
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President u l-Arċisqof iżuru uffiċini temporanji mislufin mill-Knisja lill-Community Chest Fund
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President u l-Arċisqof iżuru uffiċini temporanji mislufin mill-Knisja lill-Community Chest Fund
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President u l-Arċisqof iżuru uffiċini temporanji mislufin mill-Knisja lill-Community Chest Fund
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow