Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI: L-Awditur Ġenerali jikkonferma s-sensiela ta’ riformi li ġabu bidla pożittiva fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

pr212153
Date Icon 01/12/2021

F'rapport fejn fih saret analiżi tal-mod kif topera l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, l-Awditur Ġenerali kien pożittiv għall-aħħar fuq ir-riformi u l-ħidma li saret mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi fl-aħħar snin.

Fil-fatt, l-Awditur, fil-konklużjoni tiegħu, jgħid li; “In this respect, NAO positively notes the high level of cleanliness observed throughout the facility, the evident order by which it is run and the significant investment which has been undertaken to enhance the facility. This office also positively notes the drastic decrease of drug availability within CCF, thereby mitigating a core problem to a significant segment of inmates, giving them a better chance at an improved life upon release. These measures help to lay a solid foundation for any systematic rehabilitative process which should be given the highest priority by the facility's management."

L-Awditur Ġenerali jislet diversi punti fejn fihom seta' jinnota tibdiliet kbar fil-faċilità, fejn illum tirrenja l-ordni u sistema ta' regoli ċari li kull min hu parti mis-sistema tal-ħabs irid jimxi magħhom, kemm l-uffiċjali korrettivi, kif ukoll il-priġunieri. L-Awditur isemmi fost oħrajn it-tisħiħ u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-faċilità, b'mod partikolari l-investiment fil-Medical Intervention (MI) room, fejn il-priġuniera qed jieħdu servizz ferm aħjar u ta' kwalità, isemmi l-indafa kbira, l-eradikazzjoni tad-droga mill-faċilità, u l-fatt li r-records interni huma miżmuma b'mod tajjeb, fejn kollox jittieħed kont fuqu, fosthom anke proċessi ta' dixxiplina.

Fir-rapport tiegħu, l-Awditur isemmi l-investiment fir-riżors uman, fejn mhux biss il-ħaddiema tal-faċilità qed igawdu minn kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, iżda fuq kollox sar investiment sabiex ikunu impjegati numru ta' professjonisti li qed jaħdmu fl-oqsma tal-mediċina, tal-psikoloġija u l-psikjatrija, kif ukoll numru ta' care workers li qed jaħdmu fuq care plan għal kull priġunier li jirfes l-għatba tal-faċilità. Fuq dan l-investiment, l-Awditur jinnota li  n-numru ta' professjonisti li joffru servizz lejn il-priġuniera żdied, filwaqt li jsemmi li f'dan is-settur ħadd ma jista' jgħid kemm huwa biżżejjed. L-Awditur iżda jagħmel aċċenn għall-fatt li l-aġenzija bi ħsiebha li tkompli żżid ir-riżors uman f'dan ir-rigward.

F'parti oħra mir-rapport, l-Awditur isemmi l-aspetti tar-rijabilitazzjoni, l-aspett edukattiv u anke l-qasam tax-xogħol li fuqhom qed isir ukoll xogħol mill-aġenzija. 

L-Awditur qed jagħmel sensiela ta' rakkomandazzjonijiet li l-aġenzija se tkun qed tevalwa, flimkien ma' rakkomandazzjonijiet oħrajn li huma mistennija minn inkjesta li ssejħet mill-Ministru Byron Camilleri.

F'kumment, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri laqa' b'mod pożittiv dan ir-rapport tal-Awditur, filwaqt li tenna li r-rapport huwa xhieda ħajja tal-ħidma li saret fl-aħħar snin. “Xogħolna issa huwa li nkomplu nibnu fuq 'il ħafna tajjeb li sar fl-aħħar snin u nkomplu ndaħħlu r-riformi li se jkunu rakkomandati fil-konklużjonijiet tal-inkjesta li jiena ħtart ftit tal-ġimgħat ilu, ħalli anke fejn hemm meħtieġ aktar attenzjoni, tittieħed azzjoni". Il-Ministru wassal ir-ringrazzjament tiegħu lill-ħaddiema kollha fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, li kienu katalisti sabiex saru tant riformi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

More Press Releases Right arrow