Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jilqa’ lill-membri tal-Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa fil-Parlament ta’ Malta

pr212145
Date Icon 01/12/2021

L-Ispeaker Anġlu Farrugia ltaqa’ mal-Membri tal-Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa fil-Parlament ta’ Malta. Id-delegazzjoni tmexxiet mis-Sinjura Claudette Abela Baldacchino, Chairperson tal-Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa f’Malta.

Matul din il-laqgħa, waqt li ġie rikonoxxut l-avvanż tal-mara f’pajjiżna, il-Kunsill Konsultattiv saħaq fuq l-importanza li jkompli dejjem jkattar l-għarfien tad-drittijiet tal-mara f’Malta u Għawdex u biex jintlaħaq bilanċ bejn in-nisa u l-irġiel fil-Parlament.  L-Ispeaker għaraf  l-importanza tat-tibdil li sar fil-liġi, intiż biex tiżdied ir-rappreżentanza ta’ nisa deputati fil-Parlament. Dan għandu jġiegħel il-partiti politiċi f’pajjiżna jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jiżdied is-sehem tal-mara fil-politika li hu ta’ siwi għal ġid tas-soċjetà tagħna.

Din il-laqgħa saret propju fil-perjodu bejn l-25 ta’ Novembru meqjus bħala l-Jum Dinji kontra l-Vjolenza Domestika, u l-10 ta’ Diċembru 2021, il-Jum Internazzjonali Favur id-Drittijiet tal-Bniedem. Kull azzjoni li tittieħed biex il-mara tgħix b’mod dinjituż fis-soċjetà għandu jitqies bħala dritt uman. F’dan il-kuntest, dawk preżenti ddiskutew fit-tul il-vjolenza fuq il-mara fil-familja, il-fastidju lin-nisa jġarrbu fis-soċjetà, b’mod partikolari fil-postijiet tax-xogħol, u t-traffikar illegali tan-nisa, fost affarijiet oħra. L-Ispeaker saħaq fuq l-importanza li t-tfal tagħna, bniet u subien ikunu mgħallma jirrispettaw lil xulxin, u b’mod partikolari lill-mara. Hu saħaq ukoll fuq l-importanza li l-awtoritajiet jgħinu lill-vittmi ta’ atti kriminali u jitħaffew il-proċeduri u biex dawk kollha milquta b’mod ħażin jirċievu l-kenn u l-għajnuna kollha meħtieġa ħalli jqumu fuq riġlejhom u jibdew jgħixu ħajja dinjituża.  

L-Ispeaker faħħar ukoll is-sehem u l-kontribut li qed jagħtu l-organizzazzjonijiet mhux governattivi f’dan ir-rigward. Hu wiegħed li l-Parlament ta’ Malta ser jgħin lill-Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa fil-ħidma tiegħu biex ikompli jikber l-għarfien tal-importanza ta’ sehem il-mara  fis-soċjetà. 

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jilqa’ lill-membri tal-Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa fil-Parlament ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jilqa’ lill-membri tal-Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa fil-Parlament ta’ Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

More Press Releases Right arrow