Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Sejħa għal applikazzjonijiet għal kumpens lill-eks impjegati tal-Malta Drydocks li sofrew mill-kundizzjoni tal-asbestosis li ma rċevewx kumpens mingħand il-gvern

pr212140
Date Icon 30/11/2021

Il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol qed jilqa' applikazzjonijiet għal kumpens mingħand dawk l-eks impjegati tal-Malta Drydocks li minħabba x-xogħol li ġew assenjati jagħmlu fil-passat sofrew jew ġew nieqsa kawża tal-asbestosis. Din hija sejħa għal pagament ta' darba ta' kumpens nonpekunjarju bil-għan li jkun hemm negozjar ta' dan l-istess kumpens barra mill-Qorti.

Id-dokumenti mitluba ma' din l-applikazzjoni huma:

  • Employment history tal-individwu li tista' tinkiseb mill-eqreb fergħa tal-Jobs Plus;
  • Ċertifikat uffiċjali tal-mard li jindika t-tip ta' kundizzjoni li jista' jinkiseb mill-isptar ġenerali ta' Malta jew ta' Għawdex

F'każ li l-eks impjegat ġie nieqes, dawn id-dokumenti għandhom jiġu sottomessi mill-eqreb qarib jew qariba. F'dan il-każ, għandu jiġi sottomess ukoll iċ-ċertifikat tal-mewt sħiħ (mhux estratt).

Dawk l-eks impjegati li diġà ngħataw kumpens mill-gvern mhumiex intitolati biex jerġgħu japplikaw.

L-applikazzjoni tista' titniżżel minn fuq is-sit elettroniku https://finanzi.gov.mt/asbestosis/ jew tinġabar personalment mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol.

Id-dokumenti jistgħu jaslu personalment il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol jew jintbagħtu bil-posta fl-indirizz:

Segretarja tal-kumitat responsabbli mill-kumpens

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Maison Demandols,

Triq In-Nofsinhar,

Il-Belt Valletta VLT 1102

L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar it-Tnejn 28 ta' Frar, 2022. Wara din id-data mhux se jiġu aċċettati aktar applikazzjonijiet għal kumpens.

Dawk kollha li diġà bagħtu xi dokumenti qabel il-ħruġ ta' din is-sejħa għandhom jimlew l-applikazzjoni sħiħa u jissottomettu dawk id-dokumenti ulterjuri rikjesti mas-sejħa.

Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jċempel fuq in-numru 25998438.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

Aktar Stqarrijiet Right arrow