Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI: Sessjoni ta’ taħriġ biex il-Protezzjoni Ċivili jkun iktar preparat għar-realtajiet tal-lum

pr212131
Date Icon 27/11/2021

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkoordina operazzjoni ta’ evakwazzjoni u salvataġġ fil-Gżira bħala parti minn simulazzjoni f’każ li tinqala’ emerġenza f’bini għoli. L-eżerċizzju ttestja l-proċeduri operattivi tad-dipartiment kif ukoll il-komunikazzjoni bejn entitajiet tal-forzi tal-ordni. L-għan ta’ dan l-eżerċizzju kien li jippromwovi t-tħejjija għal emerġenzi li jistgħu jinqalgħu hekk kif il-bini għoli madwar il-pajjiż qed jiżdied.

Id-Direttur Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili, is-Sur Emanuel Psaila, spjega li l-bini għoli jġib miegħu sfidi ġodda mill-aspett ta’ sigurtà. Dan ifisser li d-dipartiment irid jadatta għal din ir-realtà ġdida sabiex ikun jista’ jwieġeb għal dawn it-tip ta’ sejħiet ġodda. Għaldaqstant, fl-aħħar snin sar investiment bla preċedent biex tissaħħaħ il-flotta tal-Protezzjoni Ċivili, inkluż ix-xiri ta’ trakkijiet apposta li jlaħħqu l-għoli ta’ 32 metru b’investiment ta’ €700,000 kull wieħed.

Sa issa, aktar minn 90 ħaddiem ingħataw taħriġ speċjalizzat b’rabta ma’ emerġenzi li jinqalgħu f’bini għoli. Dan qed isir bħala parti mill-pjan tad-dipartiment sabiex jiġu żviluppati aktar il-ħiliet u l-għarfien tal-ħaddiema tiegħu.

Is-Sur Psaila rringrazzja lill-entitajiet li kienu involuti fl-operazzjoni fosthom il-Forzi Armati ta’ Malta, il-Korp tal-Pulizija, LESA, Transport Malta u d-Dipartiment tas-Saħħa.

STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI: Sessjoni ta’ taħriġ biex il-Protezzjoni Ċivili jkun iktar preparat għar-realtajiet tal-lum
STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI: Sessjoni ta’ taħriġ biex il-Protezzjoni Ċivili jkun iktar preparat għar-realtajiet tal-lum
STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI: Sessjoni ta’ taħriġ biex il-Protezzjoni Ċivili jkun iktar preparat għar-realtajiet tal-lum
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

Aktar Stqarrijiet Right arrow