Left arrow Go Back

STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI

pr212116
Date Icon 25/11/2021

B'referenza għall-istqarrija maħruġa aktar kmieni dalgħodu, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jixtieq javża lill-pubbliku li r-riżorsi tad-dipartiment issa se jibdew jiffokaw fuq operazzjonijiet sekondarji, hekk kif il-periklu tal-maltemp jidher li għadda. Għaldaqstant, il-ħaddiema tad-dipartiment se jkunu qed jirrispondu għal sejħiet li mhumiex ta' emerġenza iżda huma riżultat tal-maltemp li ħakem il-pajjiż fis-sigħat li għaddew. Dan jinkludi tqaċċit ta' siġar, għargħar u danni oħra.

Madankollu, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jibqa' jappella għall-kawtela u jħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jikkopera u jevita ħruġ bla bżonn.

Id-Direttur Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili s-Sur Emanuel Psaila rringrazzja lill-forzi tal-ordni kollha, fosthom il-Forzi Armati ta' Malta, il-Korp tal-Pulizija u l-Aġenzija għall-Infurzar Lokali (LESA) tal-għajnuna tagħhom, kif ukoll lil entitajiet oħrajn fosthom id-Dipartiment tat-Tindif u għaqdiet non-governattivi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

More Press Releases Right arrow