STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Il-booster se tipproteġina mill-pandemija matul ix-xhur li ġejjin
Hekk kif il-vaċċin għall-COVID-19 ipproteġiena matul ix-xhur li għaddew, issa l-booster se tkun qed tipproteġina matul ix-xhur li ġejjin, qal id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, filwaqt li llum ħa l-booster dose tal-vaċċin fil-Berġa ta’ Marsaxlokk, flimkien mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Stephen Spiteri.
Id-Deputat Prim Ministru ħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi biex għal darb’oħra jwieġeb għas-sejħa tal-Ministeru għas-Saħħa u jilqa’ l-istedina biex jieħu l-booster. Huwa qal li kif intwera f’pajjiżna stess, il-vaċċin jaħdem u huwa l-aqwa arma kontra dan il-virus.
Id-Deputat Prim Ministru rringrazzja lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li ħadmu u għadhom qed jaħdmu biex flimkien nikkumbattu din il-pandemija.
Huwa rringrazzja wkoll lill-Kelliem għas-Saħħa tal-Oppożizzjoni talli ngħaqad miegħu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261956
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...
PR261955en