Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND FOUNDATION Irkant tal-arti online b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation

pr212043
Date Icon 13/11/2021

Bħala parti mill-isforzi biex ipattu għan-nuqqas ta' dħul ta' fondi li sofriet il-Malta Community Chest Fund Foundation (l-MCCFF) matul l-aħħar sena u nofs minħabba l-pandemija tal-COVID-19, se jsir irkant tal-arti onlajn minn nhar it-Tnejn 15 ta' Novembru sal-Ħadd 28 ta' Novembru 2021.

Il-pubbliku se jkollu l-opportunità jagħmel offerta, fuq artsauction.mt, għal madwar 70 biċċa xogħol tal-arti li jvarjaw fil-ġeneru u fit-tema u li jinkludu pitturi, skulturi, materjal stampat, u ritratti. Dawn ix-xogħlijiet ġew sottomessi minn 'il fuq minn 50 artist li jew huma Maltin jew għandhom rabta ma' Malta.

Il-missjoni tal-MCCFF hija li tipprovdi appoġġ finanzjarju, materjali u professjonali lill-membri vulnerabbli tas-soċjetà tagħna sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja tagħhom. Is-servizzi li toffri l-Fondazzjoni jinkludu l-ħlas għal trattamenti kontra l-kanċer kif ukoll għal mediċini speċifiċi għall-kanċer, l-iffinanzjar ta' residenzi għall-ġenituri ta' tfal li jkunu qegħdin jirċievu trattament barra minn Malta, il-provvediment ta' vouchers tal-ikel, u servizzi oħra essenzjali għal għajxien dinjituż u biex itaffu t-tbatija materjali u psikoloġika. L-ispiża tagħha għall-għajnuna finanzjarja tammonta għal madwar €1.4m fix-xahar.

L-irkant tal-arti online qed jiġi organizzat minn kumitat apposta u huwa kkurat minn Melanie Erixon.

STQARRIJA MILL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND FOUNDATION Irkant tal-arti online b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow