Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI Tkompli tissaħħaħ il-ħidma bejn l-awtoritajiet tas-sigurtà Maltin u Libjani

pr212041
Date Icon 13/11/2021

Żjara uffiċjali mill-Ministru tal-Intern Libjan Khaled Mazen f'Malta

Fl-10 ta' Novembru, żar Malta l-Ministru tal-Intern Libjan Khaled Tijani Mazen sabiex jieħu sehem f'diskussjonijiet ma' delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri.   

Id-diskussjonijiet iffokaw fuq il-kontinwazzjoni tal-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi f'dak li għandha x'taqsam is-sigurtà. Iż-żewġ naħat tkellmu fuq metodi kif tista' ssir ħidma bejn l-awtoritajiet tas-sigurtà bejn iż-żewġ pajjiżi sabiex tiġi miġġielda l-kriminalità internazzjonali, inkluż it-traffikar tad-droga, il-kriminalità elettronika u l-kuntrabandu.  

Ir-rappreżentanti taż-żewġ pajjiżi tkellmu wkoll dwar l-immigrazzjoni irregolari u l-ħidma tal-awtoritajiet Libjani fuq l-art u fuq il-baħar sabiex jiġi miġġieled it-traffikar tal-bnedmin. Malta tenniet l-impenn tagħha li tibqa' tappoġġja lill-awtoritajiet Libjani fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tagħhom sabiex jiġġieldu dan ir-reat u jonqos ir-riskju ta' telf ta' ħajjiet fiċ-ċentru tal-Mediterran. Barra minn hekk, il-gvern Malti huwa impenjat sabiex jara li l-Unjoni Ewropea u l-Libja jaħdmu flimkien fuq proġetti siewja għall-ħarsien tal-fruntieri fin-nofsinhar tal-Libja.  

Il-Ministru Mazen kien akkumpanjat minn rappreżentanti tal-Ministeru tal-Intern Libjan u l-General Administration for Coastal Security, li huma responsabbli mill-ħarsien taż-żoni kostali tal-Libja. Id-deputat kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta Mark Mallia, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa u rappreżentanti tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi attendew il-laqgħa bħala parti mid-delegazzjoni Maltija.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI Tkompli tissaħħaħ il-ħidma bejn l-awtoritajiet tas-sigurtà Maltin u Libjani
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI Tkompli tissaħħaħ il-ħidma bejn l-awtoritajiet tas-sigurtà Maltin u Libjani
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow