Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru Robert Abela f’konferenza internazzjonali dwar il-Libja f’Pariġi

pr212039
Date Icon 12/11/2021

F’Pariġi, Franza, il-Prim Ministru Robert Abela attenda għall-Paris Peace Forum u ħa sehem f’konferenza internazzjonali dwar il-Libja fuq stedina tal-President ta’ Franza Emmanuel Macron. 

Il-Konferenza Internazzjonali dwar il-Libja, li nżammet il-Ġimgħa waranofsinhar, ġabret għadd ta’ mexxejja minn madwar id-dinja. F’intervent li għamel il-Prim Ministru Robert Abela, saħaq dwar l-importanza li jsiru l-elezzjonijiet f’dan il-pajjiż u li r-riżultati ta’ dawn l-istess elezzjonijiet ikunu rispettati. Tenna li dan għandu jkun proċess immexxi mill-poplu Libjan għax hekk biss il-poplu jħossu tiegħu u l-implimentazzjoni tkun waħda effettiva. 

Fl-istess ħin, qal il-Prim Ministru, il-komunità internazzjonali, b’mod partikolari l-pajjiżi ġirien bħal Malta, għandhom rwol kruċjali fil-proċess ta’ paċi u l-iżvilupp tal-pajjiż u tenna li din l-għajnuna għandha titkompla fiż-żmien li ġej. 

Filwaqt li faħħar l-isforzi li saru sa issa biex tiżdied l-istabbiltà u s-sigurtà fil-Libja, ħeġġeġ lill-awtoritajiet Libjani biex iħaddnu aktar il-valuri tal-komunità internazzjonali u jagħqdu l-istituzzjonijiet finanzjarji u ekonomiċi sabiex issir distribuzzjoni trasparenti u ekwa tar-riżorsi u tas-servizzi pubbliċi Libjani.  

Ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali u r-rijunifikazzjoni tal-istituzzjonijiet ser ikunu l-pedament li fuqu Libja se tibni l-ġejjieni tagħha, sostna l-Prim Ministru. 

Il-Prim Ministru rringrazzja lill-President Franċiż Emmanuel Macron tal-inizjattiva li jorganizza din il-laqgħa u tenna li r-riżultati ta’ din il-konferenza għandhom jgħinu biex tingħata spinta ’l quddiem u ssir it-tranżizzjoni demokratika fil-Libja.

Intant, tul il-jum tal-Ħamis il-Prim Ministru attenda għaċ-ċerimonja uffiċjali tal-ftuħ tal-Paris Peace Forum li kienet indirizzata mill-Viċi President Amerikan Kamala Harris u mill-President Franċiż Emanuel Macron. 

Matul il-forum, il-Prim Ministru ltaqa’ mal-President Eżekuttiv tal-Paris Peace Forum Pascal Lamy, fejn iddiskutew l-għanijiet tal-forum flimkien mat-temi prinċipali ta’ din l-edizzjoni tal-forum.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru Robert Abela f’konferenza internazzjonali dwar il-Libja f’Pariġi
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru Robert Abela f’konferenza internazzjonali dwar il-Libja f’Pariġi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow