Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President iħeġġeġ iktar riċerka dwar id-disturbi fl-ikel fil-minorenni

pr212038
Date Icon 12/11/2021

Il-President ta’ Malta, George Vella, esprima tama li r-riċerka dwar id-disturbi fl-ikel fil-minorenni tkompli timraħ sabiex tgħinna nifhmu t-tibdil fis-soċjetà tagħna u kif l-aħjar nilqgħu għal dawn id-disturbi sa mill-bidu nett li jibdew joħorġu s-sintomi. 

Il-President kien qiegħed jindirizza seminar dwar id-disturbi fl-ikel fil-minuri organizzat minn Dar Kenn Għal Saħħtek – faċilità residenzjali u semiresidenzjali li għandha l-għan li tipprovdi trattament ħolistiku lill-pazjenti b’disturbi tal-ikel u bi problemi fl-imġiba minħabba l-piż – li matulu ġew ippreżentati u diskussi l-eżiti ta’ studju dwar “Eating Disorders in Minors in Malta” (id-Disturbi fl-Ikel fil-Minorenni f’Malta) ikkummissjonat mill-faċilità wara li din rat żieda fin-numru ta’ pazjenti ta’ età żgħira li jfittxu l-kura. L-istudju twettaq mill-Prof. Andrew Azzopardi u mis-Sa Annabel Cuff.

Il-President irrimarka li l-impatt tad-disturbi fl-ikel huwa kbir u jaffettwa ħafna oqsma tal-ħajja individwali u pubblika. Għalhekk, huwa importanti li wieħed jistudja dan il-fenomenu biex jara jekk l-inċidenza hix tiżdied u, f’dak il-każ, jidentifika l-kawżi. Dan huwa proprju l-iskop ta’ studji bħal dawn, qal il-President, għax jibnu bażi biex Dar Kenn għal Saħħtek tkun tista’ tippjana għall-ġejjieni. Qal li iktar ma nilqgħu fil-bidu, iktar jittejjeb iċ-ċans li l-kura tirnexxi, filwaqt li enfasizza l-importanza tal-edukazzjoni fost il-ġenituri, l-edukaturi u l-istudenti f’dan il-qasam.

Filwaqt li faħħar lil Dar Kenn Għal Saħħtek, il-President esprima tama li, bis-saħħa ta’ dan l-istudju, din il-faċilità tkun tista’ tfassal pjan ta’ ħidma li jgħin lit-tfal milquta bl-aħjar mod possibbli. Huwa tenna s-sodisfazzjon tal-presidenza għall-fatt li din il-faċilità nibtet mill-Malta Community Chest Fund, u żied jgħid li iktar ma wieħed jitgħallem dwar ix-xogħol eċċellenti tagħha, iktar ikunu jistgħu jiġu ġġustifikati l-fondi u l-enerġija investiti fiha. Huwa ħeġġeġ lill-faċilità tkompli tippromwovi s-servizzi tagħha biex iktar nies li jbatu minn disturbi fl-ikel ikunu jafu bihom u, b’hekk, ikunu jistgħu jużaw dawn is-servizzi.

Wara s-seminar, il-President u s-Sinjura Miriam Vella ġew mistiedna minn Dr Anton Grech, Chairperson, u Darlene Zerafa Spiteri, Direttur ta’ Dar Kenn Għal Saħħtek għal laqgħa privata mar-residenti u mal-ħaddiema.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President iħeġġeġ iktar riċerka dwar id-disturbi fl-ikel fil-minorenni
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President iħeġġeġ iktar riċerka dwar id-disturbi fl-ikel fil-minorenni
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President iħeġġeġ iktar riċerka dwar id-disturbi fl-ikel fil-minorenni
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President iħeġġeġ iktar riċerka dwar id-disturbi fl-ikel fil-minorenni
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President iħeġġeġ iktar riċerka dwar id-disturbi fl-ikel fil-minorenni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow