Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA Iktar għarfien dwar il-parental alienation

pr212035
Date Icon 12/11/2021

Il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal flimkien mal-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza, ippubblikaw studju li jagħti stampa aktar ċara dwar kemm is-soċjetà Maltija hija konxja ta’ każijiet ta’ parental alienation. F’ċerti każijiet, it-tfal jispiċċaw iġorru piż bla mistenni u jispiċċaw ballun bejn iż-żewġ ġenituri.

Il-Ministru Michael Falzon qal li dan l-istudju ġie kummissjonat mill-Kumitat Tekniku, li twaqqaf apposta sabiex joħloq aktar għarfien u stampa xjentifika dwar dan is-suġġett. Din hija realtà li għalkemm ma tolqotx ħafna familji, xorta waħda tista’ tħalli xi tip ta’ impatt negattiv fuq il-familji. L-agħar li jintlaqtu huma t-tfal li fuqhom tkun qed issir pressjoni sabiex ma jkunx hemm kuntatt jew xi tip ta’ aljenazzjoni fuq il-ġenitur l-ieħor. 

“Dan il-gvern diġà qed jaħseb għall-bidliet legali sabiex jissalvagwardja l-interessi ta’ kulħadd, jiġifieri dawk tal-ġenituri u l-aqwa interessi tat-tfal infushom. Ma rridux nieħdu approċċ li noqogħdu lura u ma nitkellmux dwar suġġetti li qed jaffettwaw il-ħajja tan-nies”, qal il-Ministru Falzon.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis irringrazzja lill-Kumitat Tekniku dwar parental alienation u x-xogħol li qed jagħmlu f’dan il-qasam speċifikament parental alienation u parental enstrangement. Dawn huma kunċetti fejn joħolqu pressjoni fuq il-ġenitur li jinżamm ’il bogħod mit-tfal u viċe versa. Il-Ministru Zammit Lewis saħaq dwar l-importanza tal-preżenza taż-żewġ ġenituri fil-ħajja tat-tfal u huwa proprju għalhekk li qed nindirizzaw dawn iż-żewġ realtajiet. 

Il-Ministru Zammit Lewis saħaq li se jibqa’ kommess li jgħin lil dawk il-familji li qed jgħaddu minn parental alienation jew parental estrangement sabiex inżommu l-interess ta’ tfal bħala l-punt prinċipali, kompla jisħaq dwar l-importanza ta’ taħriġ regolari lill-professjonisti, inklużi l-membri tal-ġudikatura u dawk ta’ professjoni legali biex anke huma jifhmu l-konsegwenzi ta’ dawn il-pjagi soċjali li jaħkmu wħud mill-familji Maltin u Għawdxin u jaġixxu b’kunsiderazzjoni mal-klijenti tagħhom.

Iċ-Chairperson tal-Kumitat Tekniku, Andy Ellul, osserva numru ta’ xejriet li jagħtu aktar definizzjoni u stampa ċara ta’ x’jikkonstitwixxi parental alienation.

• Minn dan l-istudju joħroġ li 80% qatt ma semgħu b’dan it-terminu, filwaqt li 3.4% biss  jafu xi jfisser, u 12% qalu li dawn jinkludu sitwazzjonijiet fejn il-ġenituri ma jiħdux ħsieb sew lit-tfal tagħhom.

• In-nisa huma iktar konxji mill-irġiel dwar is-suġġett. L-anzjani huma dawk l-iktar li huma konxji dwar is-suġġetti.

• Persuni mhux miżżewġin huma aktar konxji minn persuni miżżewġin dwar is-suġġett.

• Dawk b’livell għoli ta’ edukazzjoni (70%), u dawk li għandhom paga għolja (82%) huma l-aktar konxji dwar is-suġġett. 

• 25% ta’ dawk li wieġbu għal dan l-istudju jafu lil xi ħadd li għaddej minn sitwazzjoni simili. 8% ta’ dak li wieġbu dan l-istudju qalu li għandhom membru fil-familja li għaddej minn parental alienation.

• 97% qalu li qatt ma kienu mċaħħda milli jaraw lil uliedhom.   

• Jista’ jkun li jkun hemm istanzi ta’ parental alienation anke f’każijiet fejn il-koppji jkunu miżżewġin. 

Intant dan l-istudju se jkun qed jinfirex fil-ġimgħat li ġejjin u jidħol iktar fil-fond biex jifhem aħjar x’jista’ jsir biex ikun eliminata dan is-sens ta’ mibegħda. L-għan aħħari huwa dak li l-interessi tat-tfal jiġu l-ewwel u qabel kollox.   

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA Iktar għarfien dwar il-parental alienation
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA Iktar għarfien dwar il-parental alienation
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA Iktar għarfien dwar il-parental alienation
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow