STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL: Riżultati tal-irkant u l-allokazzjoni tal-ħruġ tal-Istock tal-Gvern ta' Malta – Novembru 2021
pr212034
12/11/2021
It-Teżor iħabbar ir-riżultati tal-irkant u l-allokazzjoni tal-ħruġ tal-Istock tal-Gvern ta' Malta ta' Novembru 2021.
Sa nofsinhar tad-data tal-għeluq tal-Ġimgħa 12 ta' Novembru 2021, it-Teżor irċieva tnejn u sebgħin (72) offerta għall-valur nominali ta' ewro 317 miljun waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' ewro 180 miljun soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' ewro 120 miljun.
It-Teżor qiegħed jalloka l-ammont ta' ewro 275 milljun, kif jidher hawn taħt:
| IRKANT | ||
| Offerti Mitfugħa | Ammont Allokat | |
| Nominali (€) | Nominali (€) | |
| 0.10% STOCK TAL-GVERN TA' MALTA 2026 (IV) F.I. | 71,500,000 | 49,500,000 |
| 0.90% STOCK TAL-GVERN TA' MALTA 2031 (V) | 179,900,000 | 169,900,000 |
| IRKANT | ||
| Offerti Mitfugħa | Ammont Allokat | |
| Nominali (€) | Nominali (€) | |
| 0.10% STOCK TAL-GVERN TA' MALTA 2026 (IV) F.I. | 71,500,000 | 49,500,000 |
| 0.90% STOCK TAL-GVERN TA' MALTA 2031 (V) | 179,900,000 | 169,900,000 |
Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mir-riżultati tal-irkant li ġie ppubblikat fuq is-sit eletroniku tat-Teżor, www.treasury.gov.mt.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958