Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI: Malta fl-ewwel post fl-eGovernment minn 36 pajjiż Ewropew

pr212032
Date Icon 12/11/2021

Malta ġiet ikkonfermata bħala l-aqwa fl-Ewropa fuq servizzi ta’ eGovernment. Malta kisbet l-ewwel post b’medja ta’ 96%, segwita mill-Estonja (92%). Dan ħareġ mir-rapport ‘eGovernment Benchmark Reports 2021’ maħruġ illum mill-Kummissjoni Ewropea li fiha janalizza servizzi governattivi online ta’ 36 pajjiż Ewropew. 

Is-Servizz Pubbliku Malti kklassifika fl-ewwel post ta’ dan l-istudju wara li ġie l-ewwel fil-kriterji kollha ta’ dan l-eżerċizzju. 

Malta kklassifikat l-ewwel fil-kriterju tal-User Centricity, li tindika l-kwalità tad-diżinn tas-servizz u l-faċilità li bih jintuża mill-klijenti, anke fuq il-mobile. F’dan l-aspett is-Servizz Pubbliku Malti ġie l-ewwel b’rata ta’ 99%, li jfisser 11% aktar mill-medja Ewropea. 

Fil-kriterju tat-trasparenza fis-servizzi mogħtija, Malta ġiet l-ewwel b’rata ta’ 98%, filwaqt li l-medja Ewropea kienet ta’ 64%. 

Malta kklassifikat l-ewwel ukoll fil-kriterju ta’ ‘Key Enablers’, li jinkorpora elementi tekniċi meqjusa importanti għat-twassil tas-servizzi governattivi online. F’dan l-aspett Malta kisbet 98%, bil-medja Ewropea tkun 61%.

Fil-kriterju ta’ ‘Cross Border Services’, li tindika l-aċċessibiltà tas-servizzi minn pajjiżi oħra, is-Servizz Pubbliku Malti għal darb’ oħra ġie fl-ewwel post b’rata ta’ 90%. Dan ifisser rata ta’ 35% ogħla mill-medja Ewropea. 

Fl-2020 u fis-snin ta’ qabel Malta wkoll kienet kisbet l-ewwel post. B’hekk dan ir-riżultat jirrikonoxxi għal darb’oħra lis-Servizz Pubbliku bħala leader fl-eGovernment mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mill-pajjiżi tal-Iżlanda, l-Iżvizzera, in-Norveġja, ir-Renju Unit, Albania, Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, Serbja u t-Turkija. 

Il-Kap tas-Servizz Pubbliku Malti Mario Cutajar qal li dan ir-riżultat hu ċertifikat tal-ħidma li saret fl-aħħar snin, b’investiment ta’ €200 miljun fit-teknoloġija bħala parti mill-proċess ta’ tiġdid bla preċedent li sar biex is-Servizzi Pubbliċi jsiru aċċessibbli minn kulħadd u kullimkien. Dan sar bil-ħtiġijiet tal-klijent fiċ-ċentru ta’ kull ħidma, u r-riżultat tal-lum jikkonferma dan. Is-Sur Cutajar sostna li hija sfida li tibqa’ żżomm l-ewwel post sena wara oħra, b’Malta tibqa’ tagħmel dan quddiem pajjiżi meqjusa ġganti f’dan il-qasam bħall-Estonja u l-Awstrija. 

Ir-rapport ‘eGovernment Benchmark 2021’ hu disponibbli mis-sit:  https://digital-strategy.ec.europa.eu/news-redirect/724214.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow