Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Il-Gvern Malti impenjat li jkompli jimplimenta l-bidliet kollha meħtieġa fl-aħjar interess tal-ġurisdizzjoni Maltija

pr212030
Date Icon 12/11/2021

Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri tenna l-impenn tal-Gvern Malti li jkompli jimplimenta l-bidliet kollha meħtieġa fl-aħjar interess tal-ġurisdizzjoni Maltija. Dan waqt seminar bit-tema ‘Meeting Compliance Requirements’, organizzat mill-Malta Business Registry u mill-Malta Chamber of Commerce bħala parti mill-Malta SME Week, bil-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 200 negozju.

“Il-Malta Business Registry hu gwida importanti u kontinwa għall-istakeholders. Hu fatt li hemm ċirkostanzi fejn id-diretturi ma jafux x’qed jagħmlu l-practitioners fir-rigward tal-preparazzjoni tax-xogħol li din l-entità qed titlob jew viċe versa. L-avveniment tal-lum huwa opportunità għall-forums ta’ diskussjoni għaż-żewġ partijiet biex jifhmu aħjar il-bidliet u x’inhu meħtieġ minnhom. Hu kruċjali li kulħadd ikun aċċertat li ngħatat informazzjoni korretta u f’waqtha, li l-obbligi taż-żewġ naħat jinftiehmu aħjar u li t-trasparenza tkompli tissaħħaħ”, qal il-Ministru Schembri.

Il-Ministru Schembri rrimarka li l-ħidma u l-bidliet li saru huma bażi soda biex inkomplu nibnu u nsaħħu dak li diġà hemm. L-MBR ħadmet bis-sħiħ biex timplimenta l-miżuri kollha rakkomandati li kienu meħtieġa għall-proċessi tal-FATF, b’mod partikolari dawk relatati mal-konformità, peress li kien meħtieġ li jinbidlu l-proċeduri ta’ verifika kemm għall-istabbiliment tal-kumpaniji kif ukoll għal dawk eżistenti.

Matul din is-sena, il-Malta Business Registry ħadmet biex twettaq risk assessment ta’ kull kumpanija fuq ir-reġistru. F’dan l-isfond, saret analiżi ta’ madwar 48,000 kumpanija biex eventwalment issir distinzjoni bejn kumpaniji ta’ riskju għoli u ta’ riskju baxx. Din l-analiżi qed tiġi annessa mal-proċess tal-għażla tal-kumpaniji li għandhom jiġu spezzjonati. Minbarra l-ispezzjonijiet, il-Compliance Unit fi ħdan l-MBR waqqaf 280 kumpaniji kollha milli jiġu reġistrati sakemm id-dokumenti meħtieġa ta’ kumpaniji fejn l-istess diretturi jkunu preżenti jikkonformaw mal-Att dwar il-Kumpaniji.

“Il-Malta Business Registry għalhekk tisħaq kontinwament dwar l-importanza ta’ reġistru ġust u trasparenti, proġett kruċjali għal żewġ raġunijiet - biex tkompli tiffaċilita l-interazzjoni mal-klijent u ma’ klijenti futuri kif ukoll biex tiżdied l-effiċjenza tas-servizzi offruti mill-Malta Business Registry għall-pubbliku”, qal il-Ministru Schembri.

Il-Kap Eżekuttiv u r-Reġistratur Dr Geraldine Spiteri Lucas qalet li l-missjoni tal-Malta Business Registry hi li tipprovdi lin-negozji s-serħan tal-moħħ meta jagħmlu negozju. “Il-portal tagħna huwa l-għodda tiegħek u l-opinjoni tiegħek hija importanti għalhekk jista’ jiġi introdott metodu sempliċi fejn wieħed ikun jista’ jinnotifikana f’każ ta’ informazzjoni skorretta u b’hekk tittieħed azzjoni. Barra minn hekk, ġew ippreżentati u ppubblikati emendi wara ilmenti mressqa minn diretturi li ilmentaw li ma kinux jafu dwar il-ħatriet tagħhom bħala diretturi. B’rabta ma’ dan, għal kull ħatra wieħed irid jissottometti ittra ta’ kunsens lir-reġistratur li jaċċetta l-ħatra tagħhom. Ħarisna wkoll biex insolvu ilment ieħor b’rabta mal-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni personali fuq il-portal tagħna li għaliha se ssir emenda fix-xhur li ġejjin biex sa dak iż-żmien nispjegaw lin-negozji u lill-corporate service providers kollha dwar x’għandhom jagħmlu”, spjegat Dr Spiteri Lucas.

Il-President għall-Kamra tal-Kummerċ Marisa Xuereb qalet li, “Il-konformità u l-governanza tajba hija prijorità ħafna, mhux biss bħala obbligu legali iżda aktar bħala obbligu ta’ mġiba minn responsabbiltà etika”.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Il-Gvern Malti impenjat li jkompli jimplimenta l-bidliet kollha meħtieġa fl-aħjar interess tal-ġurisdizzjoni Maltija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Il-Gvern Malti impenjat li jkompli jimplimenta l-bidliet kollha meħtieġa fl-aħjar interess tal-ġurisdizzjoni Maltija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Il-Gvern Malti impenjat li jkompli jimplimenta l-bidliet kollha meħtieġa fl-aħjar interess tal-ġurisdizzjoni Maltija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow