Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA Imnedija l-ewwel Strateġija Nazzjonali dwar l-Awtiżmu

pr212027
Date Icon 11/11/2021

L-ewwel Strateġija Nazzjonali dwar l-Awtiżmu tnediet mill-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja. L-istrateġija, li kienet wegħda elettorali, tinkludi seba’ kapitli u hi riżultat ta’ proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa li sar f’April li għadda mill-Kunsill Konsultattiv dwar l-Awtiżmu. Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli ddeskriviet din l-istrateġija bħala waħda li għandha sservi ta’ kumpass biex tiggwida lis-soċjetà tagħna dwar kif pajjiżna jistà joffri ambjent aqwa għal persuni bl-awtiżmu. 

Il-Ministru Farrugia Portelli  qalet li tinsab sodisfatta għaliex dan id-dokument huwa riżultat ta’ ħidma mifruxa tul dawn l-aħħar xhur li rat ammont sostanzjali tal-pajjiż jingħaqad flimkien. “Meta f’April li għadda, ix-xahar iddedikat għall-awtiżmu, varajna l-konsultazzjoni pubblika, tlabna l-appoġġ tal-istakeholders kollha. Ir-rispons kien wieħed rekord ta’ 186 entità u individwi li jvarjaw minn professjonisti għal akkademiċi għal entitajiet varji, NGOs u fuq kollox persuni bil-kundizzjoni tal-awtiżmu nfushom,” qalet il-Ministru Farrugia Portelli.

“Għandna strateġija unika għax, meta mqabbla ma’ ta’ pajjiżi oħrajn, issib li dik ta’ pajjiżna tkopri lill-persuni fuq il-firxa wiesgħa tal-awtiżmu tul ħajjithom kollha. Ma tħarisx biss lejn l-aspett mediku, bħal per eżempju dik Spanjola. Ma tħarisx biss lejn l-adulti, bħal dik Ingliża u ta’ Wales, jew lejn it-tfal biss. L-Istrateġija nazzjonali tagħna tkopri ukoll l-awtiżmu u l-anzjanità,” żiedet tgħid il-Ministru Farrugia Portelli.

Is-seba’ kapitli li jiffurmaw l-istrateġija jvarjaw minn dijanjożi bikrija sa edukazzjoni, impjiegi, l-awtiżmu fl-adulti u l-attiviżmu, self-advocacy minn persuni fuq il-firxa wiesgħa ta’ awtiżmu nfushom u s-sensibilizzazzjoni.

Min-naħa tiegħu, Dr Alistair de Gaetano, Chairperson tal-Kunsill Konsultattiv dwar l-Awtiżmu, irrimarka li kien kuntent li kien qed jara l-istrateġija titnieda formalment, wara snin ta’ ħidma f’dan ir-rigward. Hu enfasizza li l-istrateġija kienet imfassla b’tali mod li tkun dokument sempliċi u faċli għall-utent, li kien ibbażat fuq ir-realtajiet fis-soċjetà Maltija, u li jiġbor fih azzjonijiet speċifiċi maħsuba biex jindirizzaw dawn ir-realtajiet. Hu spjega li l-partijiet interessati msemmija fid-dokument issa se jkunu involuti fi sforzi rilevanti ta’ implimentazzjoni u monitoraġġ matul is-snin li ġejjin, wara li l-Kunsill ikun fassal pjan ta’ implimentazzjoni speċifiku fir-rigward tal-azzjonijiet differenti fl-istrateġija.

Id-diskors tal-għeluq tal-attività sar mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Matthew Vella. Hu qal li din l-istrateġija wriet b’mod ċar il-pożittività li biha qed jitmexxa ’l quddiem dan is-settur. Dan anke wara numru sostanzjali ta’ kummenti li ġew sottomessi waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika sabiex wasalna għall-abbozz finali ta’ din l-istrateġija. Apparti minn hekk, din l-istrateġija qed turi sens ċar ta’ koperazzjoni bejn setturi differenti sabiex il-persuni b’diżabilità jibqgħu fiċ-ċentru tal-ħidma fil-qasam tal-inklużjoni f’pajjiżna.

Il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Awtiżmu, li kien twaqqaf fis-sena 2018, jirrappreżenta firxa wiesgħa ta’ esperti u attivisti, rappreżentanti ta’ Ministeri, u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, li jinkludu persuni fil-firxa wiesgħa ta’ awtiżmu nfushom. Iċ-Chairperson tal-Kunsill Dr Alistair de Gaetano huwa wkoll persuna fil-firxa wiesgħa ta’ awtiżmu. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA Imnedija l-ewwel Strateġija Nazzjonali dwar l-Awtiżmu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA Imnedija l-ewwel Strateġija Nazzjonali dwar l-Awtiżmu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA Imnedija l-ewwel Strateġija Nazzjonali dwar l-Awtiżmu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA Imnedija l-ewwel Strateġija Nazzjonali dwar l-Awtiżmu
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow