Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U INDUSTRIJA: Titnieda alleanza li trawwem ambjent favorevoli għal start-ups u intraprendituri fi ħdan l-Unjoni Ewropea

pr212022
Date Icon 11/11/2021

Il-Ministru Silvio Schembri jattendi għat-tnedija tal-European Start-up Nation Alliance (ESNA) f’Lisbona, il-Portugall, waqt il-Web Summit

Fuq stedina tal-Gvern Portugiż, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri attenda t-tnedija tal-European Start-up Nation Alliance (ESNA) f’Lisbona, il-Portugall. Din l-alleanza ġiet stabbilita wara l-iffirmar ta’ dikjarazzjoni fil-Jum Diġitali tal-UE, li nżammet f’Marzu. Malta, flimkien ma’ 25 stat membru ieħor tal-UE, flimkien mal-Iżlanda, qablu li jistabbilixxu alleanza li tfittex li trawwem ambjent favorevoli li jħeġġeġ lil start-ups u l-intraprendituri jikbru fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Id-dikjarazzjoni tiddeskrivi wkoll lista ta’ tmien best practices li kull firmatarju jrid jimplimenta.

Dawn il-best practices jinkludu:

• Il-ħolqien ta’ start-ups b’pass iżjed mgħaġġel u d-dħul fis-suq inqas burokratiku

• It-trawwim u ż-żamma tat-talent intraprenditorjali

• Aċċess għall-għodda finanzjarja

• Inklużjoni soċjali u d-diversità

• Prijorità lill-operat diġitali 

Il-ħolqien ta’ ambjent bħal dan huwa ċentrali għat-tranżizzjoni tal-UE lejn ekonomija sostenibbli, reżiljenti, miftuħa u diġitali, filwaqt li joħroġ il-potenzjal ta’ innovazzjoni u tkabbir tan-negozji ġodda tagħha.

Waqt l-intervent tiegħu, il-Ministru Schembri spjega li Malta hija impenjata li timplimenta dawn il-best practices u li tippromwovi ambjent intraprenditorjali, hekk kif kemm start-ups u scaleups huma essenzjali għall-ekonomija u s-soċjetà futura Ewropea.

Il-ministru faħħar ukoll il-ħidma li saret mill-aġenzija Maltija għall-iżvilupp ekonomiku, il-Malta Enterprise, permezz tal-inizjattiva Start in Malta, li tikkontribwixxi għas-supercharging tal-ekosistema Maltija tal-istart-ups, li serviet bħala bażi għal bosta start-ups li għamlu suċċess. Il-Ministru Schembri ħeġġeġ ukoll lil stati membri oħra jippromwovu u jimplimentaw standards tat-teknoloġija u ħeġġiġhom biex iħarsu lejn il-ħidma tal-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali. Aktar kmieni din is-sena din l-awtorità stabbilixxiet sandbox teknoloġiku bl-għan li tiggwida lil start-ups u SMEs biex jibnu arranġament teknoloġiku affidabbli, f’konformità mal-istandards internazzjonali tat-teknoloġija.

Il-Ministru Schembri temm l-intervent tiegħu billi faħħar lill-Portugall u lill-Kummissjoni tal-UE għat-twaqqif ta’ din l-alleanza, hekk kif bi sforz koordinat aktar kumpaniji u intraprendituri jistgħu jirnexxu fl-Unjoni Ewropea.

Wara l-laqgħa, il-Ministru Schembri attenda għall-Web Summit li nediet uffiċjalment l-alleanza fil-preżenza ta’ diversi kumpaniji tat-teknoloġija u start-ups li vjaġġaw lejn il-Portugall biex jattendu dan l-avveniment. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U INDUSTRIJA: Titnieda alleanza li trawwem ambjent favorevoli għal start-ups u intraprendituri fi ħdan l-Unjoni Ewropea
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U INDUSTRIJA: Titnieda alleanza li trawwem ambjent favorevoli għal start-ups u intraprendituri fi ħdan l-Unjoni Ewropea
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U INDUSTRIJA: Titnieda alleanza li trawwem ambjent favorevoli għal start-ups u intraprendituri fi ħdan l-Unjoni Ewropea
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow