Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAĊ-ĊITTADINANZA U L-KOMUNITAJIET Ippubblikat it-tender għax-xiri u l-installazzjoni ta’ CT scanner f’San Vinċenz de Paul

pr212021
Date Icon 10/11/2021

Wara li f’dawn l-aħħar xhur ġew inawgurati numru ta’ binijiet infrastrutturali u ġew introdotti servizzi ġodda għar-residenti f’San Vinċenz de Paul, il-viżjoni tal-Gvern se tkompli titwettaq permezz ta’ allokazzjoni ta’ fondi li ġew approvati għal CT scanner ġdid mill-Fond Soċjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali.

Matul konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia u mis-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat, tħabbar ukoll li b’mod imminenti se jiġi ppubblikat it-tender għax-xiri u l-installazzjoni ta’ CT scanner.

Filwaqt li l-Ministru Michael Farrugia fakkar li fl-istess binja, f’Settembru li għadda, ġie inawgurat l-ewwel digital X-Ray machine issa kien imiss li jinbeda l-proċess li titwettaq miżura li ssemmiet fid-diskors tal-Budget għas-sena d-dieħla. L-introduzzjoni tas-CT scanner hija parti minn viżjoni aktar wiesa’ biex fir-residenza San Vinċenz de Paul, ikunu jistgħu jsiru t-testijiet meħtieġa mingħajr il-bżonn li l-anzjani jiġu riferuti l-isptar Mater Dei. Barra minn hekk, se jibdew isiru r-riċerki neċessarji dwar mard relatat mal-anzjanità.

Il-Ministru faħħar il-professjonisti, speċjalisti, tobba u l-infermiera kollha f’San Vinċenz tax-xogħol siewi tagħhom, li bl-apparat neċessarju se jkunu jistgħu jagħtu servizz aqwa mingħajr il-ħtieġa li l-anzjani jiġu riferuti l-isptar Mater Dei. 

“Permezz ta’ dan is-servizz addizzjonali u oħrajn ippjanati, inkunu nistgħu nkomplu nagħtu l-aqwa attenzjoni lill-anzjani f’San Vinċenz, li llum inqisuh bħala post ta’ eċċellenza,” qal il-Ministru Farrugia. “Eventwalment, dan is-servizz jibda wkoll jingħata lill-anzjani fid-djar kollha tal-anzjani u lill-anzjani fil-komunità biex inkunu ukoll ta’ sapport għad-Dipartiment tas-Saħħa,” temm jgħid il-Ministru Farrugia.  

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat qal li CT scanner f’San Vinċenz de Paul huwa investiment li jammonta għal €1.5 miljun, liema fondi ġejjin mill-NDSF. Minn dan l-investiment, potenzjalment se jibbenefikaw 94,000 ċittadin Malti u Għawdxi li għandhom ’l fuq minn 65 sena – 21% tal-popolazzjoni kollha Maltija u Għawdxija. Is-Segretarju Parlamentari spjega li l-NDSF taħdem għall-avvanz tas-soċjetà, f’setturi importanti bħas-saħħa, l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni.  “Dan kollu jfisser li aħna Gvern għan-nies. Għaliex bid-deċiżjonijiet għaqlin tagħna u bil-ħidma konsistenti tagħna, qed naraw li l-programmi ta’ investiment barrani isawwru b’mod tanġibbli f’għajnuna lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà.” 

“L-investiment tal-lum huwa turija ċara oħra li l-ġid li qed noħolqu qed jasal verament fil-komunità tagħna”, temm jgħid is-Segretarju Parlamentari.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAĊ-ĊITTADINANZA U L-KOMUNITAJIET Ippubblikat it-tender għax-xiri u l-installazzjoni ta’ CT scanner f’San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAĊ-ĊITTADINANZA U L-KOMUNITAJIET Ippubblikat it-tender għax-xiri u l-installazzjoni ta’ CT scanner f’San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAĊ-ĊITTADINANZA U L-KOMUNITAJIET Ippubblikat it-tender għax-xiri u l-installazzjoni ta’ CT scanner f’San Vinċenz de Paul
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow