Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim soċjali sabiex jgħin tfal ta’ ġenituri b’mard serju

pr212019
Date Icon 10/11/2021

Il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal estenda ftehim soċjali għat-tliet snin li ġejjin mal-Fondazzjoni Karl Vella, illi tgħin tfal ta' ġenituri morda serjament, minn aspett psiko-soċjali.

Il-Fondazzjoni Karl Vella temmen li t-tfulija hija fost l-aktar stadji importanti fl-iżvilupp ta' persuna u għalhekk taħdem sabiex tagħti l-aqwa dinjità lil kull tifel u tifla. Dan speċjalment f'sitwazzjonijiet fejn t-tfal ikollhom membri tal-familja li qegħdin ibatu minn mard serju, b'riżultat li jaf ikun hemm inqas attenzjoni fuq it-tfal.

Mill-2019 sal-lum, 149 tifel u tifla gawdew minn servizzi tal-Fondazzjoni. Sa issa saru 'l fuq minn 1,200 sessjoni terapewtika, jew b'mod individwali jew fi gruppi. Matul il-pandemija, din il-Fondazzjoni xorta waħda baqgħet tagħti one-to-one sessions, mhux biss mat-tfal iżda anke mal-ġenituri jew dawk li għandhom kura legali tat-tfal.

Fi żjara li għamel lill-istess Fondazzjoni, il-Ministru Michael Falzon qal li dan il-Gvern qed jagħmel l-almu tiegħu sabiex ikompli jagħmel id-differenza fil-ħajja ta' kull tifel u tifla li diġà jkunu għaddejja minn żmien turbulenti, kawża tal-mard li jkun ġie mingħajr mistenni.

“Permezz tal-ftehim li għandna quddiemna, se nkunu qed niggarantixxu l-finanzjament ta' €300,000 fuq medda ta' 3 snin. Irridu naraw li permezz ta' kontinwazzjoni, inkomplu nsaħħu s-servizzi mogħtija, it-taħriġ u l-ingaġġ t'aktar professjonisti f'dan is-settur", stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Intant, matul is-sena d-dieħla l-Gvern se jkun qed jallokka s-somma ta' €22 miljun fuq ftehimiet soċjali, inklużi wkoll dawk li jsiru mal-qasam tad-diżabbiltà.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim soċjali sabiex jgħin tfal ta’ ġenituri b’mard serju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim soċjali sabiex jgħin tfal ta’ ġenituri b’mard serju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim soċjali sabiex jgħin tfal ta’ ġenituri b’mard serju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim soċjali sabiex jgħin tfal ta’ ġenituri b’mard serju
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow