Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Tnedija ta’ edizzjoni oħra ta’ Black Friday – aktar minn 200 negozju b’offerti speċjali għal dan il-jum

pr212017
Date Icon 10/11/2021

Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri, flimkien mal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji, nieda edizzjoni oħra ta’ Black Friday li din is-sena se ssir il-Ġimgħa 26 ta’ Novembru. Il-Ministru Schembri laqa’ din l-inizjattiva tal-Malta Chamber of SMEs u għal din is-sena hemm madwar 200 negozju li se joffru offerti speċjali fl-edizzjoni ta’ Black Friday.

Il-Ministru Schembri ħeġġeġ lin-negozji biex minn issa jibdew joħorġu bl-offerti tagħhom u fakkar li f’dinja globalizzata tal-lum, il-kompetizzjoni mhix biss lokali iżda wkoll internazzjonali, għalhekk tajjeb li wieħed jaħtaf l-opportunità li joffri dan il-perjodu. Ħeġġeġ ukoll lill-konsumaturi biex jixtru lokalment. 

“Black Friday huwa jum li jiġġenera qligħ tajjeb għan-negozju u huwa rikonoxxut b’mod wiesa’ li ħafna negozji, permezz ta’ dan il-jum, jagħlqu s-sena fuq nota aktar pożittiva. L-edizzjoni tas-sena  li għaddiet nemmen li kienet kruċjali. F’perjodu qasir ta’ żmien, in-negozji żgħar u ta’ daqs medju kellhom jadattaw għaċ-ċirkostanzi. Ma nistgħux ma niftakrux li ċ-ċirkostanzi tas-sena l-oħra kienu differenti, b’restrizzjonijiet fuq id-distanza soċjali fis-seħħ, li rriżultaw f’attività fiżika limitata ħafna fil-ħwienet. Iżda hawn ir-reżiljenza tan-negozji tagħna ġiet fuq quddiem għax kien matul dan il-perjodu li ħafna minnhom nedew il-pjattaformi diġitali tagħhom li minnhom setgħu jbigħu l-prodotti tagħhom. U jrid jingħad li l-Black Friday tas-sena l-oħra qabżet l-aspettattivi. Għalhekk nappella lin-negozji biex jagħmlu aktar użu mill-pjattaformi diġitali għal din is-sena u jifhmu aħjar l-opportunitajiet li joffri dan il-qasam, minn reklamar effettiv għal servizz tal-konsumatur effiċjenti u komdu”. 

Il-Ministru Schembri tenna li l-Black Friday hija opportunità biex inkomplu bir-ritmu li bdejna fuqu fl-isfond tas-suċċess tal-iskema tal-€100 vawċer li l-użu tagħhom intemm fl-aħħar ta’ Ottubru, kif ukoll opportunità biex nappoġġaw l-ekonomija ta’ pajjiżna, li b’mod propizju qed turi sinjali ta’ rkupru ekonomiku qawwi bi tbassir ekonomiku ta’ 6.5.% għas-sena d-dieħla”, qal il-Ministru Schembri. 

Paul Abela, il-President tal-Malta Chamber of SMEs, qal li l-Black Friday saret waħda mill-aktar ġranet importanti għan-negozju. Tat ħajja ix-xahar ta’ Novembru għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi. “Il-Kamra tal-SMEs tħeġġeġ lill-konsumaturi lokali biex jagħmlu l-aħjar użu mill-offerti tal-Black Friday u jixtru lokalment. Billi jixtru lokalment, il-konsumaturi jonfqu inqas fuq l-ispejjeż tal-kunsinna u l-perjodi ta’ żmien u jsibuha faċli ħafna li jiskambjaw il-prodotti. Fl-istess waqt jiġi evitat dewmien meta wieħed jixtri minn barra. Ejjew nappoġġaw lin-negozji lokali tagħna, għax huma jimpjegaw il-familja u l-ħbieb tagħna stess”, qal is-Sur Abela. 

Il-Kap Eżekuttiv għall-Kamra Maltija tal-SMEs Abigail Agius Mamo qalet li l-Kamra Maltija tal-SMEs qed terġa’ ttella’ l-offerti tal-Black Friday mill-membri f’punt ta’ informazzjoni one-stop-shop. Li kontinwament tkun aġġornat ma’ dak kollu li jkun għaddej mhuwiex faċli u jeħtieġ li tippjana biex isir l-aħjar użu minnu. 

B’hekk il-konsumaturi jkunu jafu liema negozji qed iġorru l-offerti tal-Black Friday, x’inhuma l-offerti u kif jistgħu jiksbu aċċess għalihom. Il-konsumaturi jiġu gwidati skont il-prodotti li jkunu qed ifittxu u liema lokalità jridu jżuru. Fid-dawl tal-Covid u biex tiżdied ukoll il-konvenjenza tal-klijenti, huma inklużi wkoll dettalji b’rabta mal-ħinijiet tal-ftuħ, offerti disponibbli online u servizz ta’ konsenja. L-offerti huma aġġornati fuq il-paġna ta’ facebook tal-Kamra ta’ Malta tal-SMEs fuq bażi regolari.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Tnedija ta’ edizzjoni oħra ta’ Black Friday – aktar minn 200 negozju b’offerti speċjali għal dan il-jum
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Tnedija ta’ edizzjoni oħra ta’ Black Friday – aktar minn 200 negozju b’offerti speċjali għal dan il-jum
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Tnedija ta’ edizzjoni oħra ta’ Black Friday – aktar minn 200 negozju b’offerti speċjali għal dan il-jum
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Tnedija ta’ edizzjoni oħra ta’ Black Friday – aktar minn 200 negozju b’offerti speċjali għal dan il-jum
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow