Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI: Ikompli l-investiment fl-iskejjel – miljun ewro għal titjib f’faċilitajiet sportivi f’diversi skejjel

pr212012
Date Icon 09/11/2021

Fl-isfond tal-politika nazzjonali biex tkun indirizzata l-obeżità fost it-tfal, kif ukoll biex inrawwmu kultura sportiva fit-tfal tagħna, tħabbar proġett ta' infrastruttura edukattiva li jinvolvi t-tibdil ta' diversi faċilitajiet sportivi. L-għan tal-proġett huwa li tittejjeb l-infrastruttura sportiva fl-iskejjel tal-istat, kemm għal skopijiet ta' rikreazzjoni, kif ukoll biex jittejjeb il-livell tal-edukazzjoni sportiva.

Dettalji dwar dan l-investiment ta' miljun ewro ngħataw mill-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana fl-iskola Maria Reġina fil-Mosta, magħrufa bħala taż-Żokrija.

Il-Ministru Caruana qalet li dan l-investiment jikkumplimenta l-investiment diġa mħabbar ta' €150 miljun fl-iskejjel, u huwa proġett li jimmira għal ħajja iktar kwalitattiva fl-iskejjel. “Dawn huma proġetti li jiffukaw fuq l-ispazji miftuħa u l-faċilitajiet sportivi li rridu fl-iskejjel tagħna," qalet il-Ministru Caruana.

Il-proġett jinvolvi t-tibdil tal-uċuħ tal-faċilitajiet sportivi fuq barra f'madwar 20 skola. F'dawn l-iskejjel, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qed tiksi l-faċilitajiet sportivi b'turf artifiċjali. Fl-aħħar snin, il-fondazzjoni nvestiet f'turf artifiċjali f'diversi skejjel oħrajn.

Fl-iskola sekondarja li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Regina fil-Mosta (magħrufa bħala taż-Żokrija), il-proġett kien jinvolvi wkoll il-bini tas-saqaf tal-parkeġġ li hemm taħt il-grawnd tal-iskola. Dan kien jeħtieġ li jinbena mill-ġdid, tant li ma kienx qed jiġi użat, u għalhekk issa dan l-ispazju miftuħ jista' jerġa jibda jitgawda mill-istudenti u għal attivitajiet oħrajn fuq barra. Il-wiċċ se jkun miksi wkoll b'turf artifiċjali.

“Dawn il-proġetti mhux biss se jipprovdu spazji aħjar għall-istudenti tagħna, imma wkoll irridu nkomplu nippromwovu l-politika tagħna kontra l-obeżità. Għalhekk, qed naraw li l-ispazji miftuħa jkunu adegwati biex l-istudenti jkollhom ħajja aħjar u aktar sana permezz tal-edukazzjoni fiżika," qalet il-Ministru Caruana.

Preżenti għat-tħabbira tal-proġett kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-FTS Dr Neville Young, il-Prinċipal tal-Kulleġġ Maria Reġina Patrick Decelis, u l-Kap tal-Iskola Michael Vassallo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI: Ikompli l-investiment fl-iskejjel – miljun ewro għal titjib f’faċilitajiet sportivi f’diversi skejjel
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI: Ikompli l-investiment fl-iskejjel – miljun ewro għal titjib f’faċilitajiet sportivi f’diversi skejjel
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI: Ikompli l-investiment fl-iskejjel – miljun ewro għal titjib f’faċilitajiet sportivi f’diversi skejjel
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow