Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI 35% tal-proġett tal-mini ta’ Ħal Kirkop u l-Intersezzjoni tal-Ajruport (KTAIP) huwa lest

pr212006
Date Icon 09/11/2021

L-aġenzija Infrastructure Malta lestiet 35% tal-proġett tal-mini ta’ Ħal Kirkop u l-Intersezzjoni tal-Ajruport (KTAIP).

Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn antiċipa li fit-tieni kwart tal-2022 se jkunu qed jinfetħu l-ewwel korsiji ġodda ta’ dan il-proġett, li se jkunu dawk tal-flyover fid-direzzjoni lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop.

Il-konferenza tal-aħbarijiet saret waqt li ġew segwieti x-xogħlijiet li qed isiru fuq dan il-proġett li se joffri konnessjonijiet eħfef u aktar siguri lejn Ħal Luqa, il-Gudja, Birżebbuġa, Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, iż-Żurrieq u Ħal Safi, kif ukoll inħawi oħrajn fil-viċinanzi.

Il-Ministru Ian Borg sostna kif dan il-gvern jibqa’ kommess li jkompli jinvesti fis-sigurtà tan-nies, hekk kif qed isiru bosta interventi madwar pajjiżna sabiex itejbu s-sigurtà tat-toroq. “Qegħdin naraw li wiċċ pajjiżna tingħatalu l-infrastruttura li tixraqlu, u għalhekk qegħdin inkomplu ninvestu fis-sigurtà tat-toroq. Dan hu proġett ambizzjuż ħafna fejn bħalma għamilna fi proġetti oħra bħall-Marsa Junction u anke qed nagħmlu fis-Central Link, li diġa qed jitgawda minn bosta, se nkomplu ntejbu bosta konnessjonijiet madwar pajjiżna li se jsarrfu f’aktar sigurtà fit-toroq u anqas inċidenti.” 

Il-Ministru Ian Borg semma kif permezz ta’ dan il-proġett se jittejjeb l-aċċess lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Malta Freeport. 

“Dawn huma żewġ destinazzjonijiet kruċjali għal diversi setturi tal-ekonomija li tabilħaqq jixraqilhom l-aqwa u l-aħjar, hekk kif anke issa jidher li mexjin b’rata mgħaġġla lejn l-irkupru ekonomiku li sofra minħabba l-pandemija. Apparti hekk, qegħdin naraw li kollox isir bl-għaqal, fejn ix-xogħlijiet tal-proġett qed isiru f’kollaborazzjoni mas-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali, biex niżguraw li ma jkunx hemm impatti mhux mixtieqa fuq il-fdalijiet arkeoloġiċi ta’ Ħal Resqun li hemm fl-istess inħawi,” qal il-Ministru Borg.

Dan is-sit storiku se jibqa’ aċċessibbli għall-arkeologi bħalma kien qabel ma nbeda l-proġett. L-arkeologi approvati mis-Sovrintendenza qed isegwu u jissorveljaw ix-xogħlijiet kollha ta’ skavar tal-proġett.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI 35% tal-proġett tal-mini ta’ Ħal Kirkop u l-Intersezzjoni tal-Ajruport (KTAIP) huwa lest
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI 35% tal-proġett tal-mini ta’ Ħal Kirkop u l-Intersezzjoni tal-Ajruport (KTAIP) huwa lest
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI 35% tal-proġett tal-mini ta’ Ħal Kirkop u l-Intersezzjoni tal-Ajruport (KTAIP) huwa lest
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow