Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Lukanda ewlenija fil-Mellieħa bi proġett ta’ espansjoni ta’ €6.5 miljun f’pandemija

pr212004
Date Icon 08/11/2021

Fl-aħħar xhur, il-lukanda Maritim fil-Mellieħa investiet €6.5 miljun fi proġett li jinkludi l-bini ta' disgħa u ħamsin kamra ġdida addizzjonali mal-lukanda eżistenti kif ukoll ir-rinnovazzjoni tal-bini anness mal-istess lukanda bi tliet kmamar oħra ġodda oħra li huma kollha inkorporati fi ħdan il-Maritim Antonine Hotel & Spa.

Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo, fil-preżenza tad-Direttur tal-lukanda Maritim, Adrian Buttigieg.

Il-ministru rrimarka li dan l-investiment ser jgħin biex jinkisbu standards ta' kwalità għolja għat-turisti li jagħżlu lill-gżejjer Maltin bħala d-destinazzjoni għall-btala tagħhom.

“L-għaqal tal-gvern għall-mod kif sab il-bilanċ bejn is-saħħa u l-għajxien tan-nies huwa riflessjoni ta' fiduċja u ta' reżiljenza li qed juri s-settur privat. Għalhekk, huwa ta' sodisfazzjon ninnota kif is-settur tal-ospitalità mhux biss qed jirkupra iżda qed narawh jagħmel il-qabża li jmiss u jinvesti iżjed fi prodott li jkun iżjed effiċjenti u ta' kwalità," kompla jgħid il-Ministru Clayton Bartolo.

Ikkonkluda li dan l-investiment jikkumplimenta l-ħidma tal-gvern biex il-profil tal-Mellieħa fis-settur turistiku jkompli tiela' 'l fuq.

Intant, is-Sur Buttigieg irrimarka li l-għajnuna kontinwa li ta l-gvern fl-aħħar xhur kienet ta' importanza kbira biex il-lukanda Maritim tibqa' għaddejja bil-ħidma tagħha u tissaħħaħ għaż-żmien li ġej.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Lukanda ewlenija fil-Mellieħa bi proġett ta’ espansjoni ta’ €6.5 miljun f’pandemija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Lukanda ewlenija fil-Mellieħa bi proġett ta’ espansjoni ta’ €6.5 miljun f’pandemija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Lukanda ewlenija fil-Mellieħa bi proġett ta’ espansjoni ta’ €6.5 miljun f’pandemija
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow