STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Bidla fil-ħinijiet għal xogħlijiet ta’ twaqqigħ u ta’ skavar
Il-ħinijiet għal xogħlijiet ta’ twaqqigħ u ta’ skavar se jinbidlu mit-Tlieta 9 ta’ Novembru bil-għan li ma jsirx iżjed xogħol ta’ dan it-tip wara l-16:00.
Dan ifisser li l-ħinijiet se jinbidlu minn kif qegħdin illum, jiġifieri bejn it-08:00 u s-14:00 u bejn l-16:00 u t-20:00 u jsiru bejn is-07:30 u l-16:00. Dawn il-bidliet se jkunu ppubblikati f’avviż legali.
Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Kostruzzjoni Chris Agius, qal li dan qed isir b’riżultat ta’ eżerċizzju ta’ ħidma kontinwa għal industrija iktar sostenibbli u fil-kuntest tar-riforma fis-settur.
“Dawn huma azzjonijiet li għandhom isaħħu u mhux idgħajfu l-industrija tal-kostruzzjoni, filwaqt li qed tinstema t-talba tal-familji biex jitnaqqas l-inkonvenjent u l-istorbju fil-ħinijiet ta’ filgħaxija.”
Il-kuntratturi li jagħmlu tali xogħlijiet huma mitluba jikkoperaw fil-mod ta’ kif jorganizzaw il-lantijiet tax-xogħol rispettivi tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958