Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Ftehim għal donazzjoni ta’ aktar minn 3,000 siġra biex jitħawlu fil-Park tal-Majjistral

pr212001
Date Icon 07/11/2021

Aktar minn 3,000 siġra, b'investiment ta' €50,000, se jkunu qed jitħawlu fil-Park tal-Majjistral wara ftehim milħuq bejn il-Fondazzjoni Ġermaniża Kummer-Vanotti u l-Heritage Parks Federation (HPF).

Il-ftehim kien iffaċilitat bil-ħidma ta' Parks Malta u l-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli, wara li l-Fondazzjoni esprimiet ix-xewqa tagħha li tipparteċipa fil-proġetti ta' afforestazzjoni li qed jieħu ħsieb Parks Malta.

Il-ftehim se jwassal biex dan il-proġett ta' tħawwil ta' siġar fil-Park tal-Majjistral jitwettaq fuq medda ta' erba' snin filmkien mal-HPF, li tieħu ħsieb dan il-Park fit-tramuntana ta' pajjiżna. Permezz ta' din l-inizjattiva, se jkunu qed jitħawlu total ta' 3,333 siġra u arbuxell f'żoni differenti bħan-Naħħalija, ix-Xagħra l-Ħamra u l-Prajjet. Dawn iż-żoni għaddejjin minn xogħolijiet ta' riġenerazzjoni tal-abitat.

“L-impenn tagħna huwa li jkollna aktar spazji miftuħa u li nżidu s-siġar f'dawn l-ispazji. Qed nagħmlu dan bħala gvern u qed naraw li nidħlu fi sħubija ma' għaqdiet, organizazzjonijiet u fondazzjonijiet li lesti li jikkontribwixxu wkoll bħala parti mill-ħidma favur l-ambjent", qalet il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli.

Christoph Dänzer-Vanotti, ko-fundatur tal-Fondazzjoni Kummer-Vanotti, spjega li dan il-proġett ta' tħawwil ta' aktar siġar se jgħin biex jintaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 filwaqt li jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Darren Saliba, Manager tal-Park tal-Majjistral, faħħar dan il-proġett bħala wieħed li se jkompli jgħin biex jissebbaħ il-park.

Il-Park tal-Majjistral twaqqaf fl-2008 u hu mmaniġġjat minn federazzjoni ta' għaqdiet mhux governattivi, li flimkien jagħmlu l-HPF. L-HPF għaddejja b'eżerċizzji ta' riġenerazzjoni tal-abitat bl-għan li żoni li ntelqu tul is-snin jerġgħu jieħdu l-ħajja.

L-HPF sa issa ħawlet aktar minn 9,000 siġra f'żoni differenti tal-Park u tneħħew aktar minn 4,500 tunnellata ta' materjal mormi illegalment.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Ftehim għal donazzjoni ta’ aktar minn 3,000 siġra biex jitħawlu fil-Park tal-Majjistral
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow