Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Aktar minn 80% tal-miżuri elettorali relatati ma’ Għawdex implimentati

pr211997
Date Icon 06/11/2021

Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli fost l-oħrajn, mill-implimentazzjoni tal-manifest elettorali, Carmelo Abela, u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, ħabbru li aktar minn 80% tal-miżuri elettorali relatati ma' Għawdex ġew implimentati.

Il-Ministru Carmelo Abela, f'konferenza fil-gżira Għawdxija, qal li dan il-gvern, fil-manifest elettorali tiegħu, għandu 48 miżura li tqassmu ma' tmien ministeri differenti, inkluż mal-Ministeru għal Għawdex. S'issa, 27 miżura ġew implimentati b'mod sħiħ, filwaqt li 13-il miżura oħra qegħdin fl-aħħar fażi tagħhom. Qal li dan ifisser li r-rata ta' twettiq hija ta' ftit aktar minn 81%.

Fir-rigward tal-ħidma bla waqfien li l-gvern wettaq f'Għawdex, il-Ministru Abela semma wħud mill-miżuri relatati ma' Għawdex. Fost il-miżuri li ġew implimentati, semma l-benefiċċji li qed jieħdu l- ħaddiema, l-istudenti u ċittadini oħra Għawdxin, b'mod partikolari li qed jaqsmu l-fliegu permezz tal-fast ferry.

Irrefera wkoll għat-tisħiħ fil-konnettività diġitali permezz tat-tieni fibre-optic link, fl-investiment fl-isptarijiet Għawdxin u fil-kura tas-saħħa, kif ukoll għall-wegħda prinċipali tal-gvern biex jinħolqu iktar opportunitajiet ta' xogħol f'Għawdex għall-Għawdxin. Barra minn dan, Għawdex se jibbenefika minn aktar fondi li ġejjin mill-UE matul is-seba' snin li ġejjin.

Ikkonkluda li dan il-gvern kommess li jwettaq dak li wiegħed u li ser ikompli jaħdem bis-sħiħ biex il-miżuri mwiegħda jiġu implimentati. Żied li, “Minkejja l-miżuri mmirati għal Għawdex, il-poplu Għawdxi gawda wkoll minn numru ta' miżuri li kienu ta' benefiċċju għall-poplu Malti; kemm fil-manifest elettorali nnifsu, kif ukoll mill-Baġit li tħabbar ftit tal-ġimgħat ilu".

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li aktar minn 80% tal-miżuri elettorali relatati ma' Għawdex twettqu kompletament. Fost il-miżuri elenka t-titjib fil-konnettività bis-servizz tal-fast ferry, il-proġetti infrastrutturali u l-bini mill-ġdid tat-toroq, aktar xogħol f'Għawdex għall-Għawdxin permezz ta' skemi implimentati fosthom it-teleworking scheme, kampanji nazzjonali ta' reklamar għal Għawdex u t-twaqqif tal-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta' Għawdex.

Qal li, “Dawn huma biss ftit mill-miżuri li wettaqna bħala Ministeru għal Għawdex u għalkemm qbiżna t-80%, kommessi li nkomplu naħdmu bla waqfien biex inkomplu nwettqu. Fuq kollox, il-viżjoni tal-gvern għal Għawdex hija ċara; li jkompli jkun mutur ta' tkabbir tal-ġid nazzjonali u titjib fil-kwalità tal-ħajja  tagħhom".

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri temm jgħid li l-programm vast ta' proġetti infrastrutturali kif ukoll l-investimenti li qed isiru, se jservu biex l-ekonomija Għawdxija tkun aktar reżiljenti, aktar dinamika u tirpilja aktar malajr mill-effetti tal-pandemija mondjali biex tkompli toħloq opportunitajiet ġodda.

STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Aktar minn 80% tal-miżuri elettorali relatati ma’ Għawdex implimentati
STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Aktar minn 80% tal-miżuri elettorali relatati ma’ Għawdex implimentati
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow