Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Il-gvern qed jipprovdi l-għodod lil negozji żgħar u medji għall-qabża lejn operat diġitali

pr211996
Date Icon 06/11/2021

Malta tingħaqad mal-bqija tal-Unjoni Ewropea għall-ġimgħa ddedikata lill-SMEs

“In-negozji żgħar u medji ser isibu l-appoġġ meħtieġ mill-gvern sabiex jagħmlu l-qabża diġitali li ser tgħinhom biex ikabbru l-operat tagħhom kemm lokalment u internazzjonalment. Permezz ta' diversi miżuri kontinwi, il-gvern qed jipprovdi l-għodod relevanti biex nassiguraw tranżizzjoni diġitali bla xkiel għan-negozji tagħna", kien il-messaġġ tal-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri, fix-xahar li Malta ngħaqdet mal-bqija tal-Unjoni Ewropea biex tfakkar l-importanza tan-negozji żgħar u medji.

Matul l-aħħar ġimgħa ttellgħu bosta attivitajiet mill-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija flimkien ma' numru ta' entitajiet fosthom MIMCOL, Tech.mt, MDIA u anke bi sħab mal-Malta Employers Association. Fil-ġranet li ġejjin iżjed attivitajiet ser ikunu organizzati flimkien mal-Malta Business Registry, maċ-Chamber of Commerce u maċ-Chamber of SMEs.

Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru Silvio Shembri qal li l-SMEs għadhom il-fibra tal-ekonomija Maltija u huma fil-qalba tad-deċiżjonijiet li qed jittieħdu fil-viżjoni ekonomika ta' pajjiżna sas-sena 2030, bil-għan li jkun hemm iżjed kollaborazzjoni bejn in-negozju u l-gvern.

Semma li n-negozji żgħar u medji wrew reżiljenza u innovazzjoni liema bħalha fiż-żmien diffiċli tal-pandemija, u nnota li dan kien żmien li wera aktar minn qatt qabel l-importanza li n-negozji jisfruttaw aktar l-aspett diġitali. Dan hekk kif id-diġitalizzazzjoni toffri opportunitajiet ġodda, tgħinhom jimirħu f'dinja aktar globalizzata, iżżid il-produttività u tgħinhom ikunu aktar kompetittivi.

“Bosta raw li jkunu innovattivi, tant li minnufih raw li jwaqqfu pjattaformi diġitali tagħhom u oħrajn welldu n-negozju tagħhom online, pass kuraġġuż li wassalhom għas-suċċessi tal-lum. Bħala gvern kontinwament naraw li ngħinu negozji żgħar u medji jadattaw għal din it-tranżizzjoni. Mill-aspett ta' infrastruttura diġitali, Malta hija ma' ta' quddiem minn fost il-pajjiżi Ewropej, fattur li jattira bosta startups diġitali biex joperaw minn pajjiżna", qal il-ministru.

Semma li d-diġital għandu jgħin biex jittaffu l-ispejjeż tal-operat filwaqt li jipprovdi lin-negozji ċ-ċans li jesploraw aħjar opportuntajiet ta' swieq ġodda. “Irridu u ma rridux hemm bżonn nirrikonoxxu li għaddejjin minn rivoluzzjoni teknoloġika u l-isfida li se ġġib magħha se tkun fil-forma ta' domanda kbira għall-ħiliet diġitali. Għalhekk li fid-dawl ta' din l-isfida, fost l-oħrajn, li l-gvern nieda l-politika riveduta tiegħu għas-settur tax-xogħol. Fid-dawl ta' dan, il-Ministeru għall-Ekonomija qed jirrevedi wkoll l-istrateġija diġitali ta' pajjiżna", żied il-ministru. 

Tkellem ukoll dwar il-miżuri li tħabbru fil-Baġit 2022 favur l-SMEs, fosthom it-titjib ta' żoni industrijali li jagħtu spazju tajjeb lill-operat tan-negozji żgħar u medji. Kif spjega l-ministru, iż-żoni industrijali huma ta' prijorità għal pajjiżna u beda l-investiment ta' €470 miljun biex jiġu modernizzati. Dan l-investiment ser joħloq spazji industrijali ġodda mingħajr ma tintuża art ODZ. Il-Life Sciences Park; Kordin Business Incubation Centre; Ħal Far, Bulebel, Marsa, Kordin, San Ġwann u Ħal Luqa ser ikunu fost il-postijiet b'dan l-investiment sostanzjali. Il-gvern żied ukoll is-ceiling tad-dħul għas-self-employed jew għan-negozji żgħar li m'għandhomx bżonn jiġbru VAT, tejjeb it-tax brackets u naqqas it-taxxa fuq xogħol part-time.

“Dan kollu se jgħin biex ninkoraġġixxu aktar nies jistinkaw iżjed u fl-istess ħin ngħinu lin-negozji jkollhom iżjed persuni mħarrġa fl-aspett diġitali. Żgur li min-naħa ta' dan il-ministeru, in-negozji se jsibu s-sostenn kollu li hemm bżonn kemm għal issa, iżda wkoll għall-futur", ikkonkluda l-Ministru Silvio Schembri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Il-gvern qed jipprovdi l-għodod lil negozji żgħar u medji għall-qabża lejn operat diġitali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow