Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Rikonoxxuta ħidmet il-Moviment Hospice bl-għoti ta’ tagħmir elettroniku

pr211993
Date Icon 05/11/2021

Il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal irrikonoxxa ħidmet il-Moviment Hospice bi preżentazzjoni ta’ tagħmir elettroniku biex ikompli jsaħħaħ u jimmassimizza xogħol il-professjonisti fil-komunità.

Dan ix-xogħol isir l-aktar ma’ pazjenti li jintlaqtu mill-marda tal-kanċer, kif ukoll billi jiġi offrut appoġġ emozzjonali lill-familjari ta’ dawn il-persuni, li wkoll ikunu għaddejjin minn żmien diffiċli.

Fi żjara li għamel fil-binja li se tospita St Michael’s Hospice, il-Ministru Michael Falzon ippreżenta għaxar laptops, filwaqt li fisser dan il-ġest bħala wieħed li jirrikonoxxi l-ħidma kbira li jwettaq il-Hospice. Il-Ministru Michael Falzon qal li dan il-Ministeru diġà għandu ftehim soċjali mal-Hospice sabiex jiffinanzja l-operat u t-tmexxija tiegħu.

Fil-fatt, dan il-ftehim ilaħħaq il-miljun ewro mifruxa fuq perjodu ta’ tliet snin. Dan bl-għan li jibqa’ jingħata l-aqwa servizz ta’ appoġġ psiko-soċjali għall-familji, u servizzi ta’ assistenza u kura professjonali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Rikonoxxuta ħidmet il-Moviment Hospice bl-għoti ta’ tagħmir elettroniku
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Rikonoxxuta ħidmet il-Moviment Hospice bl-għoti ta’ tagħmir elettroniku
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Rikonoxxuta ħidmet il-Moviment Hospice bl-għoti ta’ tagħmir elettroniku
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow