Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Investiment ta’ €4.5 miljun fil-laboratorji ta’ Mater Dei

pr211992
Date Icon 05/11/2021

Il-laboratorji fl-Isptar Mater Dei, fejn isiru wħud mill-aktar testijiet tad-demm importanti, għadhom kemm ġew mgħammra b'sitt magni ta' intelliġenza artifiċjali ġodda b'investiment ta' €4.5 miljun. Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt żjara li għamel fil-laboratorju tal-haematology fl-Isptar Mater Dei.

Permezz ta' dawn il-magni jistgħu jiġu analizzati 600 kampjun tad-demm kull siegħa. Id-Deputat Prim Ministru faħħar ix-xogħol siewi li jsir fid-Dipartiment tal-Patoloġija fejn ta' kuljum jiġu analizzati mal-50,000 test differenti.

“Meta pazjent ikun l-isptar jara madwaru t-tobba, l-infermiera u l-carers, imma l-isptar għandu ħafna servizzi li kollha flimkien jaħdmu f'sintonija biex il-pazjent jingħata l-aħjar kura possibbli. Wieħed minn dawn id-dipartimenti huwa dak tal-Patoloġija fejn isiru t-testijiet fuq demm u ċelloli li permezz tagħhom it-tobba jkunu jistgħu jagħmlu d-dijanjożi tagħhom", qal id-Deputat Prim Ministru.

Huwa spjega li dawn il-magni ġodda għandhom il-kapaċità li jgħidulek jekk hemmx bżonn ta' testijiet oħra fuq il-kampjun li jkunu qegħdin janalizzaw. Id-Deputat Prim Ministru rringrazzja lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Patoloġija, dawk tal-Biomedical, u tas-CPSU li ħadmu flimkien biex dan il-proġett jirnexxi.

Il-Booster Dose se tingħata lill-etajiet kollha b'mod gradwali

Waqt l-istess konferenza tal-aħbarijiet, Chris Fearne irrefera għaż-żieda fil-każijiet tal-COVID-19 li qed jesperjenzaw diversi pajjiżi Ewropej u appella għall-kawtela f'pajjiżna sabiex ma jiżdidux il-każijiet f'Malta. Huwa stqarr li peress li s-sitwazzjoni f'Malta u fl-Isptar Mater Dei għadha stabbli, għall-kuntrarju ta' pajjiżi lil hinn minn xtutna, mhumiex se jiżdiedu l-miżuri restrittivi u se jinżammu biss dawk il-miżuri eżistenti.

Id-Deputat Prim Ministru sostna li r-rata għolja ta' vaċċinazzjoni, u issa anke tal-booster, f'pajjiżna hija raġuni ewlenija għall-istabilità fil-każijiet tal-COVID-19. Huwa stqarr li tliet kwarti tal-persuni li għandhom 'il fuq minn 70 sena diġà tlaqqmu bil-booster u appella lill-persuni ta' dan il-grupp li għadhom ma rċevewx ittra ta' appuntament sabiex iċemplu 145. 

Il-Ministru għas-Saħħa ħabbar li mit-8 ta' Novembru 2021 se jibdew jirċievu t-tilqima tal-booster il-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u l-ħaddiema fl-iskejjel. Dan filwaqt li mill-ewwel ġimgħa ta' Diċembru se jibdew jirċievu l-inviti persuni ta' 'l fuq minn 60 sena, sabiex mis-6 ta' Diċembru 2021 jibda jitlaqqam dan il-grupp. Chris Fearne ħabbar ukoll li ġie deċiż li l-booster dose tingħata lill-etajiet kollha b'mod grawdali.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Investiment ta’ €4.5 miljun fil-laboratorji ta’ Mater Dei
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Investiment ta’ €4.5 miljun fil-laboratorji ta’ Mater Dei
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Investiment ta’ €4.5 miljun fil-laboratorji ta’ Mater Dei
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow