Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Ħruġ Ġdid b’Irkant ta’ Stock tal-Gvern ta’ Malta b’Rata ta’ Mgħax Fissa – Novembru 2021

pr211990
Date Icon 05/11/2021

L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta' €180,000,000 Stock tal-Gvern ta' Malta soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta' €120,000,000 oħra kif ġej: 

  1. 0.10% Stock tal-Gvern ta' Malta 2026 (IV) Fungibility Issue (F.I.); u
  2. 0.90% Stock tal-Gvern ta' Malta 2031 (V); u
  3. 2.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2051 (II) Fungibility Issue (F.I.); jew
  4. f'ammonti mit-tliet Stocks b'valur nominali flimkien ta' €180,000,000.



    L-applikazzjonijiet magħmulin f'offerti b'irkant għal minimu ta' €500,000 u multipli ta' €100,000 kull waħda jiftħu l-Ġimgħa 12 ta' Novembru 2021 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess jum jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.



    L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta' e-mail fl-indirizzi indikati fuq il-formola tal-applikazzjoni jew fuq fax +356 2596 7210, jew jintefgħu fil-kaxxa tal-offerti tat-Teżor, fil-Furjana. 



    Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta' kull Stock jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b'irkant.



    Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mingħand il-membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment, jew jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor. 



    L-Accountant General se jħabbar linji gwida indikattivi tal-ipprezzar għal kull stock permezz ta' stqarrija għall-istampa li tiġi ppubblikata nhar il-Ħamis, 11 ta' Novembru 2021. Dawn ikunu magħmula minn spread indikattiva fuq ir-rata tal-euro mid-swap relevanti li jirriflettu b'mod wiesa' l-kundizzjonijiet fis-suq sekondarju taż-0.10% Stock tal-Gvern ta' Malta 2026 (IV), taż-0.90% Stock tal-Gvern ta' Malta 2031 (V) u tat-2.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2051 (II).



    Aktar tagħrif dwar dawn l-Istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li flimkien mal-Prospett Ġenerali u r-Regolamenti dwar Stocks tal-Gvern ta' Malta jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow