STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI
It-taħdidiet li għaddejjin mal-Malta Union of Teachers qed iħallu riżultati pożittivi biex tkun solvuta s-sitwazzjoni tal-ftit klassijiet li baqa’ li minħabba direttivi għadhom bla edukatur.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jtenni li djalogu bejn il-partitjiet kollha jwassal għal soluzzjoni u jappella li dan għandu jsir minn kull union biex inkomplu nagħtu prijorità lill-edukazzjoni u l-ġid tal-istudenti.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana tawgura lill-istudenti li se jibdew esperjenza ta’ prattika ta’ tagħlim, wara li din il-ġimgħa ffirmat 140 warrant ta’ studenti tal-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta li se jgħallmu fl-iskejjel ħalli jakkwistaw il-prattika fil-mestier tagħhom. Għall-ewwel darba, din is-sena, dawn l-istudenti qed jingħataw ukoll ħlas ta’ €825.60 għal min għandu 4 ġimgħat ta’ prattika u €1,032 għal dawk li jagħmlu 8 ġimgħat ta’ prattika.
L-10 studenti universitarji li ġew assenjati klassijiet tal-primarja ngħataw l-istess year group biex xogħol preparatorju li għamlu ma jintilifx.
Il-ħidma biex aktar studenti jidħlu għall-kors tal-edukazzjoni wkoll qed tħalli riżultati pożittivi tant li kien hemm żieda ta’ applikazzjonijiet għal dan il-kors li huwa preskritt.
L-impenn f’dan il-qasam deher ċar fil-miżuri mħabbra fil-baġit, biex ikollna d-dħul fis-seħħ tal-Att li jirregola l-Professjoni tal-Edukaturi li għadda minn dan il-Parlament u li bħalissa qed jiġi evalwat fil-kuntest tad-direttiva tal-Unjoni Ewropea li ħarġet hekk kif dan l-Att għadda mill-Parlament.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jtenni l-impenn mhux biss biex kull klassi jkollha l-edukatur tagħha fl-iqsar żmien possibbli, imma biex kull student jingħata edukazzjoni li għandu dritt għaliha u l-edukaturi jkollhom l-aqwa opportunitajiet fil-ħidma sfiqa tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958