STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI
pr211984
04/11/2021
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta':
Triq il-Kbira, Ħal Kirkop;
Triq De Rohan, Ħaż-Żebbuġ u
Triq Villa Cagliares, Iż-Żejtun
li l-bibien f'dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-2 ta' Novembru 2021, u jidher ukoll fil-website tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni 'Pubblikazzjonijiet'. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mit-2 ta' Novembru 2021.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958