Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Imnedija għall-ewwel darba linji gwida dwar ir-rikonoxximent tas-sess, is-sesswalità u l-ġeneru għas-servizz pubbliku

pr211979
Date Icon 03/11/2021

Tnedew għall-ewwel darba linji gwida tal-gvern Malti dwar ir-rikonoxximent tas-sess, is-sesswalità u l-ġeneru mill-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici.

Il-linji gwida ġew żviluppati mit-Taqsima tal-Orjentazzjoni Sesswali, Identità tal-Ġeneru, Espressjoni tal-Ġeneru u Karatteristiċi tas-Sess (SOGIGESC) fi ħdan id-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Id-dokument jipprovdi gwida lill-amministrazzjoni pubblika dwar il-ġbir, l-użu u l-emendar tal-informazzjoni dwar l-isem u/jew is-sess jew it-terminoloġija tal-ġeneru f’rekords personali individwali jew meta tikkomunika ma’ utenti tas-servizzi. Dan kollu huwa parti mill-bini ta’ servizz pubbliku li dejjem jinbidel u jadatta ruħu għar-realtajiet moderni filwaqt li jipprovdi servizz ta’ kwalità għolja.

Taħriġ dwar il-linji gwida se jingħata b’kollaborazzjoni mal-Istitut għas-Servizz Pubbliku mis-sena d-dieħla.

Waqt id-diskors tiegħu, il-Ministru Owen Bonnici qal li l-miżuri konkreti implimentati mill-gvern mill-2013 ’l hawn, poġġew lil pajjiżna fl-ewwel post fir-rigward tad-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ.

“Imma għad fadal ħafna xogħol xi jsir,” kompla l-Ministru Bonnici, “u dawn il-linji gwida huma pass ieħor importanti biex tiġi żgurata d-dinjità u r-rispett fil-livelli kollha għal kulħadd, irrispettivament mis-sesswalità jew il-ġeneru ta’ dak li jkun. Permezz ta’ dawn il-linji gwida, aħna nimmiraw li nibnu servizz ta’ eċċellenza f’dinja moderna li dejjem timxi id f’id mar-rekwiżiti u l-bidliet fis-soċjetà, sabiex niżguraw kwalità konsistenti u għolja fid-dipartimenti u entitajiet tal-gvern.”

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Imnedija għall-ewwel darba linji gwida dwar ir-rikonoxximent tas-sess, is-sesswalità u l-ġeneru għas-servizz pubbliku
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Imnedija għall-ewwel darba linji gwida dwar ir-rikonoxximent tas-sess, is-sesswalità u l-ġeneru għas-servizz pubbliku
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow