Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI: ‘Conserving Art’ - imnedija pubblikazzjoni dwar proġetti ta’ restawr imwettqa bl-għajnuna tas-Social Causes Fund

pr211976
Date Icon 02/11/2021

Is-Social Causes Fund nieda l-pubblikazzjoni ‘Conserving Art: a selection of good causes’. Din hi l-ewwel pubblikazzjoni dwar proġetti ta’ restawr li bbenefikaw minn dan il-fond.         

Il-ktieb, li nħareġ b’kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta, jiffoka fuq 25 proġett ta’ arti sagra li ġiet restawrata minn 13-il parroċċa fl-aħħar snin.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar, fl-irwol tiegħu ta’ Chairperson tal-Social Causes Fund, ħabbar li mill-2014 ’l hawn tqassmu kważi €7.5 miljun. Semma li filwaqt li l-maġġoranza tal-fondi jitqassmu għal kawżi soċjali u filantropiċi, madwar €2.5 miljun ġew allokati għal proġetti ta’ restawr. Dan f’kuntest li qabel l-2014, l-Awditur Ġenerali kien sab li s-Social Causes Fund kien qed jopera b’defiċit sostanzjali li kien ilaħħaq €2.5 miljun.

Is-Sur Cutajar sostna li din il-pubblikazzjoni hi xhieda tal-kontabbiltà fit-tmexxija tas-Social Causes Fund u li se twitti t-triq għal pubblikazzjonijiet oħra simili li jispjegaw fid-dettall il-proġetti mwettqa bl-għajnuna ta’ dan il-fond. Waqt il-konferenza, is-Sur Cutajar għadda kopja tal-kontijiet awditjati tal-fond lill-Ministru għall-Finanzi bħala turija oħra ta’ kontabbiltà mħaddma fil-prattika.

Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana faħħar dawn l-inizjattivi għaliex b’hekk jingħata rendikont lill-poplu ta’ kif qed jiġu mmaniġġjati dawn il-flus għall-ewwel darba. Il-Ministru Caruana qal li fiż-żmien qarib, il-kontijiet awditjati ppreżentati llum se jittressqu l-Parlament għall-iskrutinju parlamentari.

Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri spjega li kull sena l-Awtorità Maltija għal-Logħob tgħaddi lis-Social Causes Fund il-premji kollha li jintrebħu minn logħob tal-Maltco u li ma jiġux miġbura mir-rebbieħa. Dan flimkien ma’ 8% tat-taxxi mħallsa mill-MALTCO lill-MGA. Qal li għas-sena d-dieħla jidher li l-prospetti ser jibqgħu sbieħ. 

Waqt il-konferenza tkellem ukoll il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera, li qal li Heritage Malta għandha patrimonju kbir ħafna x’tippreserva u għalhekk hi ħaġa tajba ferm li l-fond soċjali kkontribwixxa sostanzjalment matul is-snin sabiex isir xogħol ta’ restawr f’numru konsiderevoli ta’ arti sagra. Qal li Heritage Malta tikkunsidra li l-patrimonju ekkleżjastiku u reliġjuż jifforma parti mill-patrimonju nazzjonali u għalhekk għandha obbligu morali li tippreservah.

Dan il-ktieb se jkun għall-bejgħ fil-jiem li ġejjin waqt il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI: ‘Conserving Art’ - imnedija pubblikazzjoni dwar proġetti ta’ restawr imwettqa bl-għajnuna tas-Social Causes Fund
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow