Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Seminar konġunt mill Uffiċċju Nazzjonali tal Verifika (NAO) u mill Qorti Ewropea tal Awdituri (ECA) 2021

pr211972
Date Icon 02/11/2021

L Uffiċċju Nazzjonali tal Verifika (NAO) bil kollaborazzjoni tal Qorti Ewropea tal Awdituri (ECA) organizza seminar konġunt ieħor bit tema ‘Addressing key emerging issues through public audit’. Fid dawl taċ ċirkostanzi preżenti, is seminar ta’ din is sena sar b’mod hybrid, bl-ispeakers u b’xi parteċipanti preżenti fl NAO waqt li parteċipanti oħra segwew b’mod virtwali.

Fl indirizz tal ftuħ tiegħu, l Awditur Ġenerali, Charles Deguara, enfasizza l fatt li huwa assolutament importanti li aħna nkunu konxji ta’ sitwazzjonijiet emerġenti li żgur se jaffettwaw il-ħidma tagħna fis-snin li ġejjin. Għalhekk huwa saħaq li flimkien għandna nkunu lesti nwettqu dawk il-bidliet kollha neċessarji biex nassiguraw li x-xogħol ta’ skrutinju tagħna jibqa’ jilħaq il-livell mistenni mill-Parlament u miċ-ċittadini tagħna, minkejja dawn l-isfidi ġodda. Huwa qal li aktar ma dawn l-isfidi ndawruhom f’opportunitajiet, aktar se jkollna suċċess fil-ħidma tagħna.

Fid diskors prinċipali ta’ dan is-seminar, il membru Malti fi ħdan l ECA, Leo Brincat, bit-tema ‘Public Sector Audit; Forward Planning in an ever-changing environment’ qal li fis-sitwazzjoni preżenti, li hija waħda fluwida ħafna, aħna rridu nqisu s-suġġetti tematiċi u l-iżviluppi emerġenti bħala xogħol li għadu għaddej mhux bħala lista ta’ prijoritajiet li hija statika. Huwa għamel ukoll xi riflessjonijiet dwar l-isfidi kbar li l-istati membri se jiltaqgħu magħhom waqt l-implimentazzjoni tar-Resilience and Recovery Find li ġie varat dan l-aħħar mill-Kummissjoni Ewropea.

Wara, Keith Mercieca, Assistent Awditur Ġenerali fl NAO, tkellem dwar it-tema ‘Thoughts and reflections on the NAO’s focus and practices: A perspective on key emerging issues’. Huwa enfasizza li l-isforzi tagħna li nidentifikaw żviluppi emerġenti, li se jimpattaw ix-xogħol ta’ dan l-uffiċċju, se jkunu ta’ sfida kbira u mingħajr dubju se nieħdu xi żbalji u niffaċċjaw ċerti riskji. F’dan il-kuntest, li nantiċipaw dawn l-iżviluppi huwa kruċjali sabiex l-Uffiċċju tagħna jkun jista’ jadatta ruħu għal dawn it-tibdiliet fil-qasam tal-awditjar. 

Min naħa tiegħu, Stefano Manicolo, li riċentament ġie appuntat Direttur Ġenerali fid-Dipartiment tal Awditjar Intern u Investigazzjonijiet (IAID), ibbaża l preżentazzjoni tiegħu fuq is suġġett, ‘Public Procurement and Risk Management’. Huwa enfasizza l-bżonn fundamentali li jkollna sistema ta’ risk management effettiva u ta’ min joqgħod fuqha u elenka fid-dettall dak kollu li hemm bżonn f’dan ir-rigward.

Wara dawn id-diskorsi, id Deputat Awditur Ġenerali Noel Camilleri, ta ħarsa interessanti lejn il kwistjonijiet ewlenin imqajma mid diversi kelliema matul dan is seminar.

Wara xi interventi mill-parteċipanti, Leo Brincat għalaq dan is-seminar b’xi konklużjonijiet interessanti ħafna u esprima l-apprezzament tiegħu lejn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għall-organizzazzjoni ta’ dan it-tmien seminar annwali.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Seminar konġunt mill Uffiċċju Nazzjonali tal Verifika (NAO) u mill Qorti Ewropea tal Awdituri (ECA) 2021
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Seminar konġunt mill Uffiċċju Nazzjonali tal Verifika (NAO) u mill Qorti Ewropea tal Awdituri (ECA) 2021
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow